Mogħdija tan-navigazzjoni

L-isforzi fl-integrazzjoni tar-Rom qed qabdu jrendu, tgħid l-UE - 04/04/2014

Attivisti Rom © EU

Tliet snin ta’ sforzi biex tittejjeb il-ħajja tan-nies Rom fl-Ewropa qed jibdew ikollhom riżultati viżibbli, jgħid rapport tal-UE ppubblikat illum — iżda għad hemm xi jsir.

Minn meta l-mexxejja tal-UE impenjaw ruħhom li jieħdu azzjoni fl-2011, aktar tfal Rom qed jimxu’ l quddiem permezz tal-edukazzjoni, ġew stabbiliti programmi sabiex jgħinu lir-Rom isibu xogħol u bdew sforzi biex jitnaqqsu d-distakki bejn il-komunitajiet.

L-inugwaljanzi

Ir-Rom iħabbtu wiċċhom ma' inugwaljanzi soċjali sinifikanti meta mqabbla mal-bqija tal-popolazzjoni Ewropea. Ammont inqas jispiċċa l-iskola primarja; isofru rati ogħla ta' qgħad; u l-istennija tal-għomor hi ta' madwar 10 snin inqas mill-medja Ewropea.

Mill-2011, il-proġetti ta’ integrazzjoni fil-pajjiżi tal-UE iffukaw fuq 4 oqsma: l-edukazzjoni, ix-xogħol, is-saħħa u l-akkomodazzjoni.

It-titjib żvelat fir-rapport tal-lum jinkludi:

  • Il-proporzjon ta’ tfal Rom li jattendu fl-edukazzjoni preprimarja fil-Finlandja żdiedet minn 2% għal 60%
  • “Għalliema li jivvjaġġaw” li jistgħu jiċċaqalqu mal-familji vjaġġaturi fl-Irlanda
  • “Grupp ta' ħidma” fil-Ġermanja biex iħeġġeġ lin-nies biex jaċċettaw lir-Rom bħala ġirien
  • Miżuri temporanji għall-azzjoni pożittiva biex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni fis-Slovakkja

Madankollu, għad fadal l-ostakli:

  • Sar progress limitat fit-titjib tar-rati ta’ impjieg tar-Rom mal-Ewropa kollha 
  • L-aċċess għall-kopertura tas-saħħa bażika tibqa’ problema f’xi pajjiżi
  • Baqgħet id-diskriminazzjoni.

Summit dwar ir-Rom

Ir-rapport jasal hekk kif il-politiċi u l-mexxejja ta’ gruppi ta’ interess u organizzazzjonijiet minn mal-Ewropa inġabru fi Brussell għat-3 Summit dwar ir-Rom biex jiddiskutu xi progress sar, liema proġetti kienu l-aktar effettivi u liema azzjoni ulterjuri għandha tittieħed.

Ir-rapporti annwali mressqa mill-pajjiżi tal-UE se jgħinu biex jikkoordinaw u jivvalutaw l-isforzi, u se jsiru disponibbli aktar fondi. 

20% tal-Fond Soċjali Ewropew - iddedikat għall-ħolqien ta' opportunitajiet tax-xogħol aktar ġusti għaċ-ċittadini tal-UE - issa se jintużaw għal proġetti ta' inklużjoni soċjali, żieda mill-medja attwali ta' 15%.

Popolazzjoni

Hemm bejn 10 u 12-il miljun Rom fl-Ewropa. Ir-Rom jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti u li qiegħda dejjem tikber tal-popolazzjoni li tmur l-iskola u tal-forza tax-xogħol għall-futur f'ħafna pajjiżi. 

L-appoġġ lilhom permezz tal-edukazzjoni u fid-dinja tax-xogħol huwa kruċjali biex ikunu jistgħu jipparteċipaw fuq livell ugwali fl-ekonomija u s-soċjetà.

Stqarrija għall-istampa - l-integrazzjoni tar-Rom Il-qafas tal-UE joħloq l-ewwel riżultati

Stqarrija għall-istampa — Summit tal-UE dwar ir-Rom

Il-programm tal-avvenimenti - is-Summit Ewropew dwar ir-Rom English (en)

Stqarrija għall-istampa — adottat l-ewwel strument legali għall-inklużjoni tar-Rom

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli