Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE tappoġġa d-dritt għall-ilma nadif u s-sanità - 19/03/2014

Ċirku ta’ weraq fl-ilma, jifforma bandiera tal-UE © EU

Il-Kummissjoni se żżid l-isforzi biex jittejbu l-kwalità tal-ilma, l-infrastruttura u s-sanità, wara s-suċċess tal-ewwel Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej.

Right2Water hi l-ewwel kampanja li rnexxiet permezz tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, skema mnedija f’April 2012 li tippermetti liċ-ċittadini tal-UE jitolbu lill-Kummissjoni biex tipproponi leġiżlazzjoni f’oqsma fejn l-UE għandha s-setgħa li taġixxi.

L-organizzaturi tal-inizjattiva ġabru 1.66 miljun firma mal-Ewropa kollha li appoġġaw l-għan tagħhom li jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-UE jgawdu d-dritt għall-ilma nadif u s-sanità.

Huma sejħu wkoll għal

  • eżenzjoni mir-regoli tas-suq uniku u mil-liberalizzazzjoni għall-provvista tal-ilma u għall-immaniġġjar tar-riżorsi tal-ilma.
  • sforzi miżjuda biex jitwettaq aċċess universali għall-ilma u s-sanità mad-dinja kollha.

Azzjoni fil-livell tal-UE

Għalkemm f'dan l-istadju mhix qed tipproponi regoli tal-UE ġodda, il-Kummissjoni identifikat għadd ta' preokkupazzjonijiet li jeħtiġilhom jiġu indirizzati li huma ta' rilevanza diretta għall-inizjattiva u l-għanijiet tagħha. Hi impenjat ruħha li:

  • iżżid l-isforzi biex titjieb l-implimentazzjoni tal-liġijiet tal-UE mill-gvernijiet nazzjonali
  • ittejjeb l-immaniġġjar tad-dejta u l-promulgazzjoni tal-informazzjoni għaċ-ċittadini
  • tesplora l-aħjar prattiki u tippromwovi d-djalogu u s-sħubijiet fis-settur tal-ilma
  • ittejjeb it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-provvedituri tas-servizzi tal-ilma
  • titkellem favur l-aċċess universali għall-ilma tax-xorb sikur u għas-sanità
  • tniedi konsultazzjoni mal-UE kollha dwar ir-regoli tal-ilma tax-xorb biex jinħoloq aċċess għall-ħtieġa tat-titjib.

Ebda privatizzazzjoni tas-servizzi

L-operazzjoni tas-servizzi tal-ilma attwalment tiddependi mill-awtoritajiet pubbliċi fil-pajjiżi tal-UE u l-Kummissjoni tgħid li hi se tibqa' newtrali u se tirrispetta d-deċiżjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali dwar kif għandhom jitmexxew is-servizzi tal-ilma.

Skont l-għanijiet tal-inizjattiva Right2Water, id-distribuzzjoni u l-provvista tal-ilma se jkomplu jkunu eżentati mir-regoli tas-suq uniku u mil-liberalizzazzjoni. Is-sena l-oħra l-Kummissjoni stqarret ukoll b'mod ċar li kienet seteskludi l-ilma mid-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet pdf - 13 KB [13 KB] Deutsch (de) English (en) , biex ittaffi l-preokkupazzjonijiet li hi kienet qed tipprova tipprivatezza l-ilma minn wara l-kwinti.

Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

S’issa aktar minn 5 miljun ċittadin tal-UE ffirmaw aktar minn 20 inizjattiva separata. Dawn għandhom jiksbu l-appoġġ ta’ mill-anqas miljun ruħ f’mill-anqas kwart tal-pajjiżi tal-UE qabel ma l-Kummissjoni tkun tista’ tintalab biex tipproponi regoli ġodda.

Stqarrija għall-istampa – il-Kummissjoni tgħid iva lill-ewwel Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej li rnexxiet

Right2Water češtinadanskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsromână

Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli