Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE tispjega l-prijoritajiet għall-ġustizzja u l-affarijiet interni sa 2020 - 14/03/2014

Passaport ikkontrollat fi skener tal-ajruport © EU

Fis-snin li ġejjin l-UE għandha l-għan li tiffoka fuq il-progress lejn iż-żona Ewropea ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.

Il-prijoritjaiet li jkopru kwistjonijiet bħal drittijiet taċ-ċittadini, asil u sigurtà, għandhom l-għan jiżguraw li l-Ewropa tkun post miftuħ, għani u sikur fejn wieħed jgħix u jaħdem.

Żona komuni ta’ ġustizzja

Il-ħolqien ta' żona Ewropea ta' ġustizzja huwa għan ewlieni tat-Trattat ta' Lisbona. Il-kisbiet f’dawn l-aħħar 5 snin jinkludu aċċess aħjar għall-ġustizzja u jiżguraw dritt għal proċess ġust.

Biex tindirizza l-isfidi prinċipali li baqa’ — bħal ostakoli għall-moviment ħieles — l-UE ssuġġeriet attenzjoni speċjali fuq:

  • li jiġu żgurati l-għodod meħtieġa f’kull pajjiż biex idawru d-drittijiet Ewropej f’realtà fil-prattika
  • li tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni eżistenti, sabiex id-drittijiet isiru aktar aċċessibbli għan-nies u n-negozji
  • li titjieb il-fiduċja tal-gvern fis-sistemi tal-ġustizzja ta’ pajjiżi oħra tal-UE.

Il-ġestjoni tal-migrazzjoni

Fl-istess ħin, l-UE għandha l-għan li taħdem aktar mill-qrib fejn jidħlu l-migrazzjoni, l-asil u s-sigurtà.

Il-prijoritajiet identifikati jinkludu:

  • użu aħjar mill-opportunitajiet tal-migrazzjoni, partikolarment waqt li naffrontaw l-isfida ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ u forza tax-xogħol li qed tonqos fl-Ewropa.
  • tnaqqis tal-immigrazzjoni illegali, pereżempju, billi tittieħed azzjoni kontra dawk li jimpjegaw ħaddiema illegali.
  • ġestjoni tal-applikazzjonijiet għall-asil b’mod li taqsam ir-responsabbiltà bejn il-pajjiżi Ewropej u li tipprovdi appoġġ meta l-pressjoni tkun għolja. L-ipproċessar konġunt ta’ applikazzjonijiet fi żminijiet ta’ emerġenza hija idea li tista' tiġi esplorata.
  • Li l-Ewropa tibqa’ miftuħa u sigura permezz tal-kooperazzjoni tal-aġenziji għall-infurzar tal-liġi biex tittratta sfidi bħaċ-ċiberkriminalità, it-traffikar tal-bnedmin u t-terroriżmu. L-isforzi jistgħu jinkludu programmi ta’ taħriġ konġunt u skambju aħjar tal-informazzjoni.

Xi jmiss?

Il-prijoritajiet, deskritti mill-Kummissjoni Ewropea, se jiġu diskussi mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew f’Ġunju. Is-sett finalizzat ta’ prijoritajiet se jidħlu fis-seħħ minn Diċembru.

Stqarrija għall-istampa — Affarijiet interni tal-UE: il-fażi li jmiss 

Stqarrija għall-istampa — Lejn żona Ewropea ta’ ġustizzja 

Mistoqsijiet u Tweġibiet — Il-futur tal-aġendi tal-ġustizzja u l-affarijiet interni English

L-UE tieħu azzjoni biex tħares l-Istat tad-Dritt

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli