Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE tieħu azzjoni biex tipproteġi l-istat tad-dritt - 12/03/2014

Statwa tal-Ġustizzja u bandiera Ewropea © UE

L-UE qed tieħu azzjoni biex tiżgura li l-pajjiżi tal-UE jikkonformaw mal-istat tad-dritt bl-introduzzjoni ta’ “għodda ta’ twissija” biex tkun ta' għajnuna għal soluzzjoni fi stadju bikri tal-problemi.

Diġà hemm proċeduri fis-seħħ biex jittrattaw ma' pajjiżi li jiksru l-istat tad-dritt b'mod persistenti - il-prinċipji li jippermettu li l-valuri fundamentali tal-UE jiġu rrispettati, pereż. l-iżgurar li ċ-ċittadini jiġu ttrattati b'mod ugwali quddiem il-liġi u li l-poteri pubbliċi jiġu eżerċitati legalment. Fl-aktar stadju iebes, l-Artikolu 7 tat-Trattat ta' Lisbona jippermetti lill-UE tissospendi d-drittijiet tal-vot ta' pajjiż jekk ikun hemm ksur sistematiku tal-istat tad-dritt.

Madankollu, il-qafas il-ġdid se jippermetti lill-UE biex tidħol fi djalogu mal-pajjiż fi stadju aktar bikri, sabiex jgħin biex is-sitwazzjoni ma taggravax sa dak il-livell. Magħruf bħala “l-proċedura ta' qabel l-Artikolu 7”, dan id-djalogu se jitħaddem kull meta jkun hemm it-theddida li jitfaċċa ksur sistematiku tal-istat tad-dritt, aktar milli għal ksur individwali.

Għodda ta’ twissija

Is-sistema se tikkonsisti fi 3 stadji li jinvolvu djalogu kontinwu bejn l-UE u l-pajjiż ikkonċernat.

  • Stadju 1: l-UE se tiġbor l-informazzjoni biex tiddetermina jekk teżistix theddida sistematika għall-istat tad-dritt. Jekk jinstab li teżisti theddida, l-UE se tenfasizza t-tħassib tagħha u tagħti lill-pajjiż l-opportunità li jirreaġixxi.
  • Stadju 2: jekk il-kwistjonijiet ma jissolvewx fl-ewwel stadju, l-UE se toħroġ rakkomandazzjoni b'mod pubbliku, fejn tidentifika l-problemi u tagħti data ta' skadenza lill-pajjiż sabiex iwettaq titjib.
  • Stadju 3: l-UE twettaq monitoraġġ tal-passi meħuda mill-pajjiż. Jekk il-problemi kkonċernati ma jiġux ittrattati b’mod adegwat, jista’ jkollha rikors għall-proċeduri tal-Artikolu 7.

L-esperjenzi tal-imgħoddi

F'dawn l-aħħar snin kien hemm diversi okkażjonijiet fejn l-UE sabet quddiemha sfidi għall-istat tad-dritt, fosthom

  • il-kriżi tar-Roma fi Franza fl-2010 u
  • it-theddid għall-indipendenza tal-ġudikatura matul il-kriżi politika fir-Rumanija tal-2012.

Il-qafas il-ġdid jagħti lill-UE l-għodda ta’ reazzjoni għal avvenimenti bħal dawn b’mod aktar effettiv u effiċjenti.

Stqarrija għall-istampa – qafas għas-salvagwardja tal-istat tad-dritt fl-UE 

Q & A – L-aġendi futuri tal-ġustizzja u l-affarijiet interni tal-UE English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli