Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Jum għall-Paga Ugwali jenfasizza l-ħtieġa li tiġi affrontata d-diskrepanza bejn l-irġiel u n-nisa. - 28/02/2014

Raġel jiġbor borża kbira tal-flus fuq banketta u mara tixxabbat għal borża żgħira 'l fuq minn rasha. © EU

Għat-tieni sena konsekuttiva il-Jum Ewropew għall-Paga Ugwali jaqa’ fl-aħħar jum ta’ Frar. Dan ifakkar il-fatt li n-nisa effettivament jaħdmu l-ewwel xahrejn ta’ kull sena għal xejn, minħabba differenza qawwija fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel.

Id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa, kif hija magħrufa d-differenza medja fil-qligħ, bilkemm inbidlet f’dawn l-aħħar snin u hija ta’ xi 16% mal-Ewropa kollha.

Tnaqqis ċkejken

Minn meta tnieda l-Jum għall-Paga Ugwali fl-2011, kien hemm tnaqqis marġinali fid-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa minn 17.5% għal 16.4%.

Fl-2011, l-avveniment seħħ fil-5 ta’ Marzu - biex ifakkar fil-fatt li n-nisa ħadmu “bla ħlas” għall-ewwel 65 jum tal- 2010. It-tieni jum seħħ fit-2 ta’ Marzu 2012 u t-tielet fit-28 ta’ Frar 2013.

Madankollu, dan il-ftit titjib fl-aħħar 4 snin, seħħ aktar minħabba li t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kellu impatt akbar fuq xi setturi ddominati mill-irġiel bħal dawk tal-bini jew tal-inġinerija, milli minħabba kwalunkwe titjib fid-dħul tan-nisa.

It-tneħħija tal-ostakli għal paga ndaqs

Fatturi oħra li żammew lura titjib fil-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tan-nisa jinkludu nuqqas ta’ trasparenza f’sistemi ta’ ħlas u nuqqas ta’ ċarezza fid-definizzjoni legali ta’ xogħol ta’ valur ugwali.

Rapport reċenti dwar l-implementazzjoni tar-regoli tal-UE dwar it-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa pdf - 82 KB [82 KB] Deutsch (de) English (en) français (fr) sab li l-ħaddiema bosta drabi ma jkollhomx l-informazzjoni li jeħtieġu biex jirnexxilhom jagħmlu talba għal paga ugwali. Dan jinkludi aċċess għal tagħrif dwar il-livell tal-pagi għal gruppi ta’ ħaddiema differenti.

Aktar trasparenza f’dan il-qasam tippermetti lill-vittmi ta’ diskriminazzjoni fil-pagi jqabblu nfushom b’mod aktar faċli mal-ħaddiema tas-sess l-ieħor.

Il-Kummissjoni bħalissa qed taħdem fuq inizjattiva ġdida li tittama se tkompli tħeġġeġ aktar ugwaljanza fil-pagi għal xogħol ugwali — prinċipju fundamentali tal-UE.

Stqarrija għall-istampa: Id-Differenza bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa staġnata f'16.4% mal-Ewropa kollha

Differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa

Għaliex l-ugwaljanza tagħti l-frott Deutsch (de) English (en) français (fr)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli