Mogħdija tan-navigazzjoni

Nagħmlu aktar biex nimpedixxu l-korruzzjoni, tgħid l-UE - 06/02/2014

Sett ta’ karti tal-euro miżmum ħdejn magna awtomatika tal-flus kontanti.

Il-korruzzjoni għadha problema fl-Ewropa kollha u jeħtieġlu jsir aktar biex tkun impeduta, skont rapport tal-UE ppubblikat din il-ġimgħa.

Il-korruzzjoni - "l-abbuż tal-poter għal gwadan privat", tinkludi kollox mill-korruzzjoni politika sat-tixħim ta' uffiċjali pubbliċi jew arranġamenti korrotti bejn kumpaniji privati - teżisti fil-pajjiżi Ewropej kollha, bi spiża għall-ekonomija ta' madwar €120 biljun fis-sena, sab ir-rapport tal-UE dwar il-korruzzjoni.

Attività ta' din ix-xorta timmina wkoll il-fiduċja fl-istituzzjonijiet demokratiċi u ddgħajjef l-akkont li trid tagħti ta' għemilha t-tmexxija politika.

Preokkupazzjoni mifruxa

Tliet kwarti tal-Ewropej jemmnu li l-korruzzjoni hi mifruxa f'pajjiżhom, b'aktar minn nofshom jemmnu li hi komuni bejn il-partiti politiċi.

Persuna minn kull 12 tgħid li esperjenzat jew rat b'għajnejha korruzzjoni fis-sena li għaddiet, b'4% jgħidu li ntalbu jew stennewhom li jħallsu tixħim. Aktarx li ċ-ċittadini esperjenzaw il-korruzzjoni meta kienu f'kuntatt mas-servizzi tal-kura tas-saħħa, ma' kumpaniji privati, mal-pulizija u mad-dwana.

Insolvu l-korruzzjoni

Diversi miżuri biex tkun solvuta l-problema ġew implimentati f'pajjiżi Ewropej fi snin reċenti. Dawn jinkludu mekkaniżmi għall-kontroll tal-kunflitti ta’ interess, li jistabbilixxu regoli etiċi u titjieb fit-trasparenza. Madankollu, dawn il-miżuri jvarjaw ħafna madwar l-UE u r-riżultati ma kinux indaqs, peress li mhux dejjem ikunu infurzati b’mod vigoruż.

Jeħtieġlu jsir aktar biex ikunu impeduti u kkastigati prattiki korrotti. Is-suġġerimenti jinkludu titjib fl-effettività tal-qrati meta jittrattaw każijiet ta’ korruzzjoni, il-garanzija tal-protezzjoni għall-informaturi u ż-żieda fit-trasparenza tad-deċiżjonijiet tan-nefqa pubblika - qasam partikularment vulnerabbli għall-korruzzjoni, b’mod partikulari fil-livell lokali.

L-UE għandha l-intenzjoni wkoll li jiġi stabbilit programm għall-pajjiżi Ewropej, l-NGOs u oħrajn biex jaqsmu l-esperjenza tagħhom, filwaqt li jgħin biex jiġu identifikati l-aktar politiki effettivi u jipprovdi t-taħriġ.

Nimmonitoraw il-korruzzjoni

Ir-rapport tal-UE kontra l-korruzzjoni, li twaqqaf fl-2011, għandu l-għan li jassisti x-xogħol kollu biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni fl-Ewropa, li jsaħħaħ l-impenji politiċi u jidentifika modi li permezz tagħhom l-UE tkun tista' tgħin.

Se jkompli jimmonitorja l-esperjenzi ta' korruzzjoni taċ-ċittadini tal-UE u l-isforzi li jsiru biex tiġi solvuta, billi jippubblika s-sejbiet tiegħu kull sentejn.

Rapport tal-UE dwar il-korruzzjoni pdf - 613 KB [613 KB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) hrvatski (hr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv)

FAQs - il-korruzzjoni fl-UE English

Stqarrija għall-istampa - L-ewwel rapport tal-UE kontra l-korruzzjoni

Rapport dwar il-korruzzjoni - taqsiriet tal-pajjiżi English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli