Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE timbotta għal progress fir-riformi tal-protezzjoni tad-dejta - 28/01/2014

Ringieli ta' studenti qed jaħdmu fuq il-kompjuters

L-UE qed issejjaħ għal progress fir-riformi biex jiġu modernizzati r-regoli tal-protezzjoni tad-dejta tal-1995 tal-Ewropa, għal titjib fid-drittijiet tal-privatezza onlajn u għal għajnuna lin-negozji.

Ir-riformi għandhom japplikaw sett uniku ta' regoli fl-UE kollha, biex jiġu ssimplifikati u standardizzati r-regolamenti tal-1995 li ġew implimentati b'mod differenti fil-blokk kollu.

In-nies se jkunu pprovduti b'aċċess eħfef għad-dejta tagħhom u bid-"dritt li jintesew", li jagħmilhielhom possibbli li titħassar l-informazzjoni tagħhom jekk ma jkunx hemm raġunijiet leġittimi biex tinżamm.

L-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta nazzjonali se jingħatalhom il-poter li jimmultaw il-kumpaniji li jiksru r-regoli, u d-dejta personali miġbura għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi se tkun protetta aħjar.

Nindirizzaw il-preokkupazzjonijiet

9 minn 10 Ewropej jgħidu li huma preokkupati dwar l-apps tal-mowbajl li jiġbru d-dejta tagħhom mingħajr il-kunsens tagħhom. 7 minn 10 huma kkonċernati dwar kif il-kumpaniji jistgħu jużaw l-informazzjoni li juru. It-tisħiħ tal-protezzjoni tad-dejta jista' jikseb lura xi ftit minn din il-fiduċja.

Abbozz ta' leġiżlazzjoni ġie stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea f'Jannar tal-2012 iżda jeħtieġlu jkun approvat mill-entitajiet konġunti li jgħaddu l-liġijiet, il-Parlament u l-Kunsill tal-UE, biex dan isir liġi. Ittamat li dan ikun jista' jitwettaq sal-aħħar tas-sena.

L-UE qed tinnegozja wkoll miżuri biex terġa' tinkiseb il-fiduċja fil-flussi tad-dejta bejn l-UE u l-Istati Uniti.

Dritt tal-protezzjoni tad-dejta

Id-dejta personali tinkludi kollox minn indirizz ta' persuna għall-informazzjoni medika sal-posts tagħha fuq is-siti tan-netwrorking soċjali. Iċ-ċittadini tal-UE għandhom id-dritt għal protezzjoni skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali Deutsch (de) English (en) français (fr) .

Benefiċċji għan-negozji

Il-proposti għandhom inaqqsu l-ispejjeż amministrattivi għan-negozji, bi frankar ta' flus li jammonta għal €2.3 biljun fis-sena.

Għandhom ukoll ikun aktar ġusti billi japplikaw l-istess regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta lill-kumpaniji kollha li joperaw fl-UE, anki jekk ibbażati barra mis-suq uniku.

Se jkun hemm xi eżenzjonijiet għan-negozji ż-żgħar biex jitnaqqsilhom il-piż finanzjarju.

Il-Jum tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-UE - issieħeb fid-dibattitu

Biex jiġi ċċelebrat il-Jum tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-UE fit-28 ta' Jannar, l-esperti tal-UE se jkunu qed iwieġbu l-mistoqsijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta waqt Twitter chat b'xandira diretta minn 12:00 sa 13.30 CET fit-28 ta' Jannar. Tista' tipparteċipa bill tuża l-hashtags #EUdataP u #EUchat.

Stqarrija għall-istampa - Riforma tal-protezzjoni tad-dejta - proposta tal-UE

FAQs - Riforma tal-protezzjoni tad-dejta English

Stqarrija għall-istampa - mill-UE għall-Istati Uniti: ksib mill-ġdid ta' fiduċja fil-flussi tad-dejta

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli