Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE tappella għal azzjoni biex jieqaf it-tixrid ta’ estremiżmu - 16/01/2014

Il-Kummissarju għall-Ġustizzja Cecilia Malmström © UE

Pjan ta’ Azzjoni b'10 punti ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea jistieden lill-pajjiżi tal-UE biex jaħdmu aktar biex tiġi indirizzata t-theddida mill-vjolenza tal-estremisti.

Il-pjan jitlob azzjoni preventiva u koordinata aktar b’saħħitha fil-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni ta’ terroristi potenzjali u ż-żieda fid-theddida tal-estremiżmu politiku vjolenti fl-Ewropa kollha.

Appoġġ għall-istrateġiji ta' ħruġ

Waħda mill-proposti ewlenin hija għal aktar azzjoni biex jitwaqqfu l-individwi milli, l-ewwelnett, ikunu involuti f’attivitajiet estremisti, jew biex jiġu konvinti jevitaw ideoloġiji radikali ta' dan it-tip. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, il-Kummissjoni trid li l-pajjiżi tal-UE jiżviluppaw programmi li jħeġġu l-estremisti jitilqu minn ambjenti radikali u jabbandunaw il-vjolenza.

Il-pjan jitlob ukoll il-ħolqien ta’ ċentru ta’ għarfien mifrux mal-UE kollha għall-iskambju ta’ informazzjoni, riċerka u l-aħjar prattika dwar l-estremiżmu politiku. Proposta oħra hija għal fora ta’ diskussjoni fuq l-internet u l-midja soċjali li għandhom jintużaw biex tiġi evitata l-firxa ta’ propaganda u metodi ta’ reklutaġġ onlajn.

Il-ġlieda kontra r-radikaliżmu barra mill-fruntieri tal-Ewropa

Il-miżuri suġġeriti jippruvaw mhux biss jipprevjenu l-vjolenza tal-estremisti fl-Ewropa, iżda wkoll li jaqtgħu qalb l-Ewropej li jivvjaġġaw barra l-UE milli jikkommettu atti terroristiċi, jattendu kampijiet ta’ taħriġ fit-terroriżmu jew imorru jiġġieldu f’żoni ta’ kunflitt. Dawn il-persuni spiss isiru aktar radikalizzati fil-proċess u meta jirritornaw lejn l-Ewropa joħolqu żieda fit-theddida għas-sigurtà interna.

Il-Kummissjoni se talloka fondi għat-taħriġ ta' prattikanti prominenti fuq il-post, bħal dawk li jinfurzaw il-liġi kif ukoll uffiċjali tal-ħabsijiet u ħaddiema soċjali, biex jagħrfu u jgħinu nies li jistgħu jkunu f’riskju li jħaddnu fehmiet estremisti.

L-għaxar rakkomandazzjonijiet huma r-riżultat ta’ sentejn ħidma fin-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni (RAN), imwaqqaf mill-Kummissjoni fl-2011, li ġabar 700 espert u prattikant prominenti fuq il-post minn mal-Ewropa kollha.

Il-Kummissjoni warrbet €20 miljun biex tgħin fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet matul l-4 snin li ġejjin.

Stqarrija għall-istampa: Ir-rispons tal-UE għar-radikalizzazzjoni u l-estremiżmu vjolenti

In-Netwerk ta' Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni English (en)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli