Mogħdija tan-navigazzjoni

Reding tintroduċi djalogu onljan dwar il-ġejjieni tal-Ewropa - 14/01/2014

Viviane Reding © EU

Fis-16 ta’ Jannar fit-8 pm, il-Viċi President tal-UE Viviane Reding se tiddibatti b'xandir diretta fuq YouTube maċ-ċittadini madwar l-Ewropa.

L-UE trid tisma’ dak li int taħseb dwar kwistjonijiet li lkoll kemm aħna qed niffaċċjaw fl-Ewropa fosthom il-kriżi ekonomika, id-drittijiet tagħna bħala ċittadini tal-UE u d-direzzjoni ġejjiena tal-Ewropa.

Biex tinvolvi ruħek fid-dibattitu, ibgħat il-mistoqsijiet u l-kummenti tiegħek fuq Twitter, Facebook u Google+ billi tuża l-hashtags #askReding u/jew #eudeb8.

Euronews se jippresiedi d-dibattitu u jagħżel in-nies li jieħdu sehem, abbażi tal-aktar mistoqsijiet interessanti u ta' sfida li jsiru fuq il-midja soċjali. Id-dibattitu se jsegwi intervista ta' "konverżazzjoni globali" b'xandira diretta mal-Kummissarju Reding.

Djalogi taċ-ċittadini fl-2014

Id-djalogi taċ-ċittadini bdew fl-2013 bħala parti mis-Sena Ewropea taċ-Ċittadini, li joħolqu dibattiti mal-Kummissarji tal-UE madwar l-UE dwar id-drittijiet taċ-ċittadini u l-ġejjieni tal-Ewropa.

Dawn id-dibattiti jagħtu lin-nies iċ-ċans li jitkellmu direttament mal-politiċi dwar id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-UE, dwar it-tip ta’ Ewropa li jixtiequ jgħixu fiha u dwar l-aspettattivi tagħhom għall-Unjoni Ewropea.

Wara aktar minn 30 laqgħa fi swali muniċipali madwar l-Ewropa, wasal iż-żmien li d-dibattitu jsir onlajn. Il-ġimgħa l-oħra l-Viċi President Reding iddibattiet ma’ 5 bloggers Ewropej prominenti, il-Ħamis li ġej id-diskussjoni hi miftuħa għall-Ewropej kollha.

Id-dibattitu se jkompli fl-2014 b’7 dibattiti oħrajn ippjanati fid-Danimarka, ir-Renju Unit, Spanja, Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Rumanija u l-Belġju.

Ara x-xandira diretta tad-dibattitu

Ara l-intervista b'xandira diretta ta' Reding (Euronews)

Stqarrija għall-istampa – djalogu onlajn dirett mal-Vici President tal-Kummissjoni tal-UE Reding

Djalogi taċ-ċittadini English (en)

Dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Ewropa English (en)

Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013

Ħu sehem fid-dibattitu Ewropew

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli