Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE tqawwi l-ġlieda kontra l-frodi - 22/07/2013

Il-Ġustizzja u l-bandiera tal-UE © EU

Uffiċċju ġdid tal-UE se jinvestiga reati li jinvolvu flus tal-UE u se jieħu passi kontra s-suspettati fil-qrati nazzjonali.

Kull sena, mill-inqas €500 miljun tal-infiq u d-dħul tal-UE huwa mitluf minħabba suspett ta’ frodi. Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li telimina d-dgħjufijiet li jippermettu lil xi kriminali jgħadduha lixxa meta jużaw flus il-kontribwenti b'mod illegali bil-ftuħ ta’ uffiċċju tal-prosekutur pubbliku Ewropew ġdid.

Istituzzjoni indipendenti, l-uffiċċju tal-prosekutur il-ġdid English se jagħlaq id-distakk bejn is-sistemi kriminali tal-pajjiżi tal-UE – li s-setgħat tagħhom jieqfu mal-fruntieri nazzjonali – u l-korpi tal-UE li ma jinsabux f’pożizzjoni biex iwettqu investigazzjonijiet kriminali.

L-uffiċċju se jkun integrat fis-sistemi ġudizzjarji nazzjonali, bil-prosekuturi Ewropej iwettqu l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet fil-pajjiżi tal-UE. Se jaħdmu ma’ timijiet ta’ staff nazzjonali u japplikaw il-liġi nazzjonali. Prosekutur pubbliku Ewropew uniku se jiżgura li l-prosekuturi individwali jużaw l-istess metodu fil-pajjiżi kollha.

Peress li l-istruttura kollha se tuża r-riżorsi eżistenti, kwalunkwe spejjeż żejda se jkunu baxxi ħafna.

Il-qrati nazzjonali se jkunu responsabbli għar-reviżjoni ġudizzjarja, li jfisser li deċiżjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew jistgħu jiġu kkontestati quddiemhom.

Dawk akkużati li jiffrodaw il-baġit tal-UE se jgawdu wkoll minn iktar drittijiet legali, inkluż id-dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni, aċċess għall-materjali tal-każ u għal avukat. Il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll li ċerti drittijiet diġà fis-seħħ f’xi pajjiżi jiġu estiżi: id-dritt li persuna tibqa’ siekta u tkun meqjusa innoċenti, aċċess għall-għajnuna legali, id-dritt li persuna tippreżenta evidenza u tisma’ x-xhieda.

L-UE diġà għandha uffiċċju ta’ kontra l-frodi. Ladarba l-uffiċċju tal-prosekutur ikun stabbilit u jibda jiffunzjona, l-uffiċċju tal-ġlieda kontra l-frodi mhux se jibqa’ jmexxi investigazzjonijiet amministrattivi ta' frodi jew reati oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE, iżda se jkompli jinvestiga irregolaritajiet oħra, inkluża mġiba ħażina serja mill-istaff tal-UE bla ebda impatt finanzjarju.

Il-proposti issa se jiġu diskussi mill-membri parlamentari Ewropej u l-gvernijiet nazzjonali. Minħabba ftehimiet preċedenti, id-Danimarka mhix se tkun involuta fl-uffiċċju tal-prosekutur, filwaqt li r-Renju Unit u l-Irlanda għandhom espliċitament jagħżlu li jkunu parti mill-iskema jekk jixtiequ jieħdu sehem. Jekk il-pajjiżi kollha m'humiex lesti li jiffirmaw għall-uffiċċju l-ġdid, grupp ta’ mill-inqas 9 pajjiżi jistgħu joħolquh.

Iktar dwar l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku Ewropew English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli