Mogħdija tan-navigazzjoni

Drogi ġodda jeħtieġu rispons flessibbli, jgħid ir-rapport tal-UE - 06/06/2013

L-għadd u d-disponibbiltà ta' tipi ġodda ta' drogi komplew jiżdiedu fl-2012. Dan jisfida l-isforzi tal-UE biex tiġġieled kontra d-drogi illegali u tnaqqas id-dipendenza.

Il-globalizzazzjoni, il-progress teknoloġiku u l-internet saħħew l-iżvilupp ta' suq miftuħ għal drogi ġodda, skont l-aġenzija tal-UE għad-drogi English , li tissorvelja l-użu tad-drogi fl-Ewropa.

Din il-bidla fundamentali tippreżenta sfidi sinifikanti għall-programmi ta' trattament, l-infurzar tal-liġi u l-ħolqien ta' politiki, tgħid l-aġenzija fir-rapport English annwali tagħha.

L-UE se jkollha tadatta l-istrateġija għad-drogi English l-ġdida tagħha malajr biex tindirizza dan is-suq iktar dinamiku, tikkonkludi l-aġenzija.

Is-sitwazzjoni Ewropea

Kien hemm xi żviluppi pożittivi s-sena l-oħra – id-domanda għall-kannabis u l-kokaina qed tonqos f'xi pajjiżi, u l-għadd ta' dawk li jużaw l-eroina għall-ewwel darba naqas.

Numru rekord ta' nies qed jirċievu trattament kontra d-dipendenza. Madwar 1.2 miljun Ewropew bdew programm ta' riabilitazzjoni fl-2011. Dawk dipendenti fuq l-eroina u fuq drogi simili tat-tip tal-oppjojdi jiffurmaw l-ikbar grupp ta' nies li qed jiġu trattati, segwiti minn dawk dipendenti fuq il-kannabis u l-kokaina.

Is-sitwazzjoni Ewropea tindika li t-trattament kontra d-dipendenza fuq id-drogi għadu l-iktar metodu kosteffikaċi – saħansitra fi żminijiet ekonomiċi diffiċli, jgħid ir-rapport.

Is-servizzi tat-trattament

Għalkemm is-servizzi relatati mad-drogi għandhom rwol importanti biex jgħinu lill-persuni jwaqqfu jew jikkontrollaw l-użu tad-drogi, il-programmi ta' trattament jinsabu fil-periklu li jonqsilhom il-finanzjament peress li l-gvernijiet qed inaqqsu l-baġits pubbliċi tagħhom.

Diġà kien hemm tnaqqis f'xi pajjiżi, għalkemm l-użu tad-drogi fl-Ewropa għadu għoli. Kwart tal-adulti Ewropej – madwar 85 miljun persuna – huma stamti li użaw drogi illegali.

Filwaqt li madwar 6,500 persuna mietu b'doża żejda fl-2011 – 500 inqas mis-sena ta' qabel – l-imwiet relatati mad-drogi għadhom sfida ewlenija għas-servizzi pubbliċi tas-saħħa.

Is-suq tad-drogi qed jadatta wkoll għad-domanda, bi stimulanti sintetiċi ġodda iktar kumplessi fis-suq u fi kwantitajiet ikbar. L-awtoritajiet sabu madwar 70 droga ġdida s-sena l-oħra, li wħud minnhom għadhom jistgħu jinkisbu b'mod legali.

Il-globalizzazzjoni u t-teknoloġija tal-informazzjoni huma stimoli importanti għal dan is-suq li qed jevolvi malajr, u l-internet jippermetti lill-utenti jagħmlu kuntatt ma' fornituri ġodda.

Aktar informazzjoni dwar il-politika tal-UE dwar id-drogi

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli