Mogħdija tan-navigazzjoni

Tifel bilqiegħda ma' għadira hu u jżomm dgħajsa tal-logħob b'ċirku ta' stilel tal-UE fuq il-qlugħ ikħal tagħha @ EU

Proposti ġodda se jneħħu l-ostakoli li għad baqa' biex tgħix, taħdem u tixtri kull fejn trid fl-UE.

Ta' kuljum, in-nies jiffaċċjaw ostakoli meta jipprovaw jeżerċitaw drittijiethom bħala ċittadini tal-UE.

Il-Kummissjoni qed tipproponi miżuri ġodda English biex issolvihom, inklużi:

  • żieda fil-benefiċċji tal-qgħad li dawk li qed ifittxu impjieg jieħdu minn pajjiżhom biex dawn ikunu aktar mit-3 xhur korrenti meta huma jfittxu għax-xogħol f'pajjiż ieħor tal-UE
  • kjarifika tar-regoli għall-apprendisti sabiex ma jiġux sfruttati b'xogħol mhux imħallas
  • mezz eħfef għall-pajjiżi li jaċċettaw id-dokumenti tal-identità u ta' residenza minn pajjiż ieħor tal-UE, flimkien maċ-ċertifikati ta' kemm huma tajbin għat-toroq il-karozzi
  • żvilupp ta' kard komuni ta' diżabilità li tippermetti persuni b'diżabilità jirċievu l-istess benefiċċji bħaċ-ċittadini meta jkunu f'pajjiż ieħor tal-UE (pereżempju, aċċess għat-trasport, it-turiżmu, il-kultura u d-divertiment)
  • tisħiħ tad-drittijiet legali għal dawk suspettati jew akkużati b'reat kriminali – b'mod speċjali t-tfal u l-vulnerabbli
  • titjib tar-regoli tal-UE češtinaDeutschEnglishfrançaisitalianomagyarpolskiRomânasuomisvenska biex jiġi solvut it-tilwim bejn il-fruntieri dwar xiri żgħir wara li dan isir onlajn jew f'pajjiż ieħro tal-UE
  • ipprovdar ta' mezzi onlajn għax-xerrejja biex iqabblu l-prezzijiet għall-prodotti diġitali mibjugħin fl-UE
  • mezz eħfef għan-nies li jsibu min jista' jsolvilhom il-problemi li jiltaqgħu magħhom f'pajjiż ieħor tal-UE
  • dritt li ċ-ċittadini jivvutaw fl-elezzjonijiet nazzjonali f'pajjiżhom, irrispettivament minn fejn ikunu qed jgħixu fl-UE.

Il-proposti huma spirati mill-informazzjoni li ntbagħtet permezz tal-konsultazzjoni pubblika onlajn English , tad-djalogi taċ-ċittadini English li għadhom għaddejjin u tas-servizz ta' informazzjoni Europe Direct.

Fl-istess waqt, il-Kummissjoni tirrapporta wkoll b'mod regolari dwar l-istat tad-drittijiet fundamentali DeutschEnglishfrançais u dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi English fl-UE

Il-proposti jżidu l-miżuri li diġà ttieħdu fl-2010 English biex id-drittijiet taċ-ċittadinanza jsiru aktar effettivi fil-prattika. Dawn l-azzjonijiet jinsabu għaddejjin kif xieraq.

X'inhi ċ-ċittadinanza Ewropea?

Kull ċittadin ta' pajjiż tal-UE hu wkoll ċittadin tal-Unjoni. Barra mill-privileġġi nazzjonali, iċ-ċittadini għandhom sett addizzjonali ta' drittijiet, iggarantiti mit-trattati tal-UE u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE .

Iċ-ċittadinanza tal-UE tagħtik id-dritt li tgħix, taħdem, tivvjaġġa u tixtri kullimkien f'27 pajjiż membru – daqslikieku tkun f'pajjiżek.

Aktar dwar drittijietek bħala ċittadin tal-UE

2013 – Is-sena Ewropea taċ-ċittadini

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli