Mogħdija tan-navigazzjoni

Martell tal-irkantatur u miżien © EU

Xi pajjiżi għandhom bżonn iħaffu r-riformi biex il-kawżi ċivili u kummerċjali jiġu riżolti b’mod effiċjenti, għax dan huwa essenzjali biex jiġu attirati l-investiment u n-negozju.

It-titjib tal-kwalità, l-indipendenza u l-effiċjenza tas-sistemi legali nazzjonali fl-UE huwa essenzjali biex jintlaħaq standard għoli ta’ ġustizzja u huwa importanti kemm għan-nies kif ukoll għall-kumpaniji.

Barra minn hekk, l-ilħuq ta’ standard għoli jagħmel lil pajjiż aktar attraenti biex wieħed jinvesti u jagħmel il-kummerċ fih, u dan jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku u lill-ħolqien tal-impjiegi.

Biex tgħin lill-gvernijiet, il-Kummissjoni qed tipprovdi l-ewwel 'tabella ta' valutazzjoni tal-ġustizzja English '. Din hija evalwazzjoni annwali ta’ kif il-pajjiżi tal-UE jkunu ttrattaw kawżi ċivili, kummerċjali u amministrattivi.

L-evalwazzjoni turi li hemm bżonn li xi gvernijiet iżidu l-intensità tar-riformi biex jaslu għall-istandards ogħla li jeżistu fil-bqija tal-UE. L-osservazzjonijiet prinċipali huma:

  • f’terz tal-pajjiżi tal-UE l-kawżi fil-qorti jdumu għaddejjin mill-inqas darbtejn aktar milli fil-bqija tal-pajjiżi, u dan xi kultant joħloq volum ta' kawżi pendenti li jibqa' dejjem jikber. Huwa essenzjali għal kulħadd li d-deċiżjonijiet jittieħdu fil-ħin;
  • f'ċerti pajjiżi tal-UE s-sorveljanza u evalwazzjoni regolari biex jitjiebu r-rapidità u l-kwalità tal-ġustizzja waqgħu lura;
  • l-użu ta' metodi alternattivi għar-riżoluzzjoni tal-kawżi (bħall-medjazzjoni) jistgħu jnaqqsu l-volumi tax-xogħol tal-qrati u għandhom jintużaw b’mod aktar estensiv sabiex jitnaqqas id-dewmien;
  • il-perċezzjonijiet tal-impriżi dwar l-indipendenza tal-qrati huma baxxi ħafna f’xi pajjiżi tal-UE; il-ġustizzja trid tidher li tkun qed issir;
  • l-użu ta' sistemi elettroniċi jista' jgħin biex jitnaqqsu d-dewmien u l-ispejjeż għan-nies u għall-impriżi;
  • biex titjieb l-effettività, huwa importanti li l-imħallfin jingħataw taħriġ obbligatorju u li jkun hemm riżorsi adegwati.

Il-passi li jmiss

Wara konsultazzjoni mal-gvernijiet tal-UE, il-Kummissjoni se tagħti kas tal-kwistjonijiet li ġew identifikati fit-tabella ta' valutazzjoni ta’ din is-sena meta tkun qed tħejji l-gwidi għal kull pajjiż individwali bħala parti mis-‘Semestru Ewropew’ ta’ din is-sena. Dan huwa ċiklu annwali ta’ kordinazzjoni tal-politika ekonomika b'mod li jenfasizza t-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi.

Fil-baġit pluriennali DeutschEnglishfrançais li jmiss tal-UE se jsir disponibbli finanzjament biex jgħin lill-pajjiżi tal-UE jwettqu r-riformi ġudizzjarji miftehmin.

It-tabella ta' valutazzjoni tqabbel lill-pajjiżi tal-UE permezz ta' indikaturi speċifiċi tal-kwalità, l-effiċjenza u l-indipendenza tal-ġudikatura. Din is-sistema tippermetti lill-UE ssegwi t-tendenzi bħala mezz ta’ kif jiġu identifikati l-aspetti problematiċi.

L-iżgurar li s-sistemi nazzjonali tal-ġustizzja jaħdmu b’mod effettiv huwa wkoll kruċjali għall-applikazzjoni konsistenti tal-liġijiet nagħmulin fil-livell tal-UE, fosthom dawk dwar l-ekonomija, il-ħarsien tal-konsumaturi u l-ambjent.

Aktar tagħrif dwar l-UE u s-sistemi legali nazzjonali

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli