Mogħdija tan-navigazzjoni

Għinna niddefendu d-drittijiet tiegħek - 20/08/2012

Tifel iħares lejn għadira b'dgħajsa ġugarell biċ-ċirku ta' stilel tal-UE fuq il-qlugħ @ EU

Għarrafna dwar problemi ltqajt magħhom meta jvjaġġajt, studjajt, ħdimt jew li għext f 'pajjiż ieħor tal-UE.

Il-Kummissjoni hemmhekk biex tappoġġa u ssaħħaħ id-drittijiet tiegħek bħala ċittadin tal-UE. Għalhekk irridu nkunu nafu aktar dwar l-esperjenzi tiegħek.

Nilqgħu wkoll suġġerimenti dwar kif nistgħu nneħħu kull xkiel li kellek taffaċċja meta ħdimt jew studjajt f 'pajjiż ieħor tal-UE, pereżempju.

Tista’ tgħidilna l-opinjoni tieghek permezz tal-konsultazzjoni tagħna dwar id-drittijiet taċ-ċittadinanza (sad-9 ta' Settembru 2012). L-esperjenzi u l-ideat tiegħek ikunu parti mill-proposti tagħna fir-rapport li jmiss dwar iċ-ċittadinanza fl-2013.

Ir-rapport preċedenti identifika 25 miżura pdf - 758 KB [758 KB] Deutsch (de) English (en) français (fr) li l-UE għandha tieħu d-drittijietek isiru effettivi fil-prattika. Dawn l-azzjonijiet jinsabu fl-aqwa tagħhom. Dawn jinkludu tnaqqis fil-burokrazija għan-nies li jridu jirreġistraw karozza Deutsch (de) English (en) français (fr) f'pajjiż ieħor tal-UE u s-soluzzjoni tal-problemi dwar it-taxxa tas-suċċessjoni bejn pajjiż u ieħor Deutsch (de) English (en) français (fr) .

Drittijietek

Bħala ċittadin ta' pajjiż tal-UE int ċittadin tal-UE ukoll. Minbarra l-privileġġi nazzjonali, għandek sett ulterjuri ta' drittijiet, li s-27 pajjiż membru kollha ftehmu dwarhom u li huma garantiti mit-Trattati tal-UE. Dan ifisser li għandek id-dritt:

  • tivvjaġġa u tgħix kullimkien fl-UE
  • tiġi trattat bħaċ-ċittadini kollha l-oħra tal-UE (mingħajr diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità tiegħek)
  • tivvota u tkun kandidat fl-elezzjonijiet muniċipali u tal-Parlament Ewropew tgħix fejn tgħix fl-UE
  • tirċievi għajnuna minn ambaxxata jew konsulat ta' pajjiż ieħor tal-UE barra l-UE (jekk pajjiżek stess ma jkunx rappreżentat) bl-istess mod bħal ċittadin ta' dak il-pajjiż
  • tagħmel petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew meta tiltaqa' ma' problemi, u tagħmel ilment mal-Ombudsman Ewropew

Għandek ukoll drittijiet oħra – bħad-drittijiet tal-konsumaturi meta tixtri xi ħaġa minn pajjiż ieħor tal-UE fuq l-internet.

Għajnuna u pariri dwar drittijietek bħala ċittadin tal-UE

Nagħmlu l-ħajja taċ-ċittadini – segwi l-proposti kurrenti

2013 – Sena Ewropea taċ-ċittadini

Aktar dwar il-konsultazzjoni pdf - 151 KB [151 KB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli