Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni
Proposti għal miżuri kkoordinati kontra t-traffikar tal-bnedmin bil-għan li jiġu mħarsa l-vittmi u jinqabdu b'mod iktar effettiv il-kriminali.
Agnès ![]()
waslet minn Ivory Coast bħala iltiema bil-wegħda ta' edukazzjoni. Minflok kienet imġiegħla taħdem bħala seftura mingħajr ħlas. Teodora ![]()
ġiet mir-Rumanija u kienet sfurzata ssir prostituta fil-Belġju.
Dawn huma biss 2 minn mijiet ta' eluf ta' adulti u tfal li kienu jew huma skjavi fl-UE – imġiegħla bilfors isiru prostituti, tallaba, ħaddiema, sefturi domestiċi, jew jaħdmu f’modi oħrajn għal ħlas żgħir jew ebda ħlas.
Kważi l-Ewropej kollha (93%) jaqblu li l-pajjiżi tal-UE jeħtieġ li jikkooperaw biex jintemm it-traffikar tal-bnedmin, skont stħarriġ ![]()
. Bi tweġiba, il-Kummissjoni qed tistabbilixxi miżuri prijoritarji li l-gvernijiet jistgħu jieħdu flimkien ![]()
![]()
![]()
matul il-5 snin li ġejjin biex jgħinu lill-vittmi u jimpriġunaw lit-traffikanti b'mod aktar effettiv. Dawn jinkludu:
Il-passi li jmiss
Il-proposti ġodda se jiġu kkunsidrati mill-Parlament Ewropew u l-gvernijiet tal-UE. Huma jikkumplimentaw liġi tal-UE
adottata s-sena l-oħra li tistabbilixxi standards komuni dwar il-prosekuzzjoni tat-traffikanti u l-protezzjoni tal-vittmi. Il-pajjiżi tal-UE għandhom sa April 2013 biex jinkorporaw ir-regoli fil-liġijiet nazzjonali tagħhom.
Il-Kummissjoni se tirrapporta kull sentejn dwar il-progress li l-pajjiżi tal-UE jagħmlu fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, bl-ewwel rapport skedat għall-2014.
Aktar tagħrif dwar l-azzjoni tal-UE kontra t-traffikar tal-bnedmin