Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

Id-drittijiet fundamentali qed isiru iktar prominenti fit-tfassil tal-liġi Ewropea, imma kunċetti żbaljati jippersistu.
Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE ![]()
– fis-seħħ u ilha torbot legalment għal aktar minn sentejn – tistipula drittijiet li huma protetti fi ħdan l-UE. Dawn jinkludu d-drittijiet għal-libertà tal-espressjoni, għad-dinjità, l-ugwaljanza u l-ġustizzja.
Kull min jaħseb li d-drittijiet tiegħu jkunu nkisru permezz tal-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE jista' jieħu l-kwistjoni fil-qorti nazzjonali jew lill-ombudsman. Jekk ma jkunx sodisfatt bit-tweġiba, jista' jagħmel l-ilment tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni Ewropea hi responsabbli milli tiżgura li l-pajjiżi tal-UE jirrispettaw id-drittijiet fundamentali meta jkunu qed jimplimentaw il-liġijiet tal-UE, u li l-proposti tagħha stess għal liġijiet ġodda jkunu kompatibbli mal-Karta.
Kull sena l-Kummissjoni tippubblika rapport li jispjega sa fejn il-karta qed tiġi rrispettata madwar l-UE. Ir-rapportt tal-2011 ![]()
jinnota li l-proposti tal-UE żiedu l-protezzjoni ta' xi drittijiet – pereżempju, vjaġġaturi fil-futur se jkunu jistgħu ma jgaħddux mill-iscanning tas-sigurtà fl-ajruporti tal-UE, u minflok jitolbu alternattiva għall-kontroll tas-sigurtà.
Il-karta wkoll qed ikollha influwenza dejjem tikber fuq id-deċiżjonijiet tal-Qorti. Fl-2011 kienet ikkwotata f’sentenza importanti dwar id-dritt ta' dawk li jfittxu ażil għal protezzjoni minn trattament inuman jew degradanti, filwaqt li sentenza oħra tgħid li d-differenzi fil-primjums tal-assigurazzjoni bejn l-irġiel u n-nisa hija diskriminatorja.
Minkejja suċċess ċar tal-karta f’termini legali, iċ-ċittadini tal-UE ħafna drabi jibqgħu konfużi dwar l-għan u l-ambitu tal-Karta. Aktar minn nofs l-ittri mibgħuta lill-Kummissjoni fl-2011 kienu dwar suġġetti li ma jaqgħux taħt il-leġiżlazzjoni tal-UE.
Fl-istess ħin, iċ-ċittadini huma aktar konxji mill-karta milli kienu fl-2007 (64% imqabbla ma' 48%, skont Flash Eurobarometer ![]()
). Iżda 65% tal-Ewropej jgħidu li jixtiequ jsiru jafu aktar dwar fejn għandhom jirrikorru meta jinkisrulhom id-drittijiet tagħhom skont il-Karta.
Il-Kummissjoni ma tistax tintervjeni meta tissuspetta li d-drittijiet fundamentali jkunu ġew miksura xi mkien fl-Ewropa – tista’ taġixxi biss meta dan iseħħ matul l-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE mill-awtoritajiet nazzjonali.