Mogħdija tan-navigazzjoni

Skrin tal-kompjuter © EU

Għassies ġdid tal-UE li javża dwar theddid ġdid u jgħin lill-investigaturi sabiex jidentifikaw il-kriminali tal-internet.

Kuljum madwar miljun persuna hija vittma tal-kriminalità fuq l-internet. Min iwettaq ir-reat ma jinstabx u, ma jeħel xejn.

L-UE qed tippjana li tindirizza din il-problema b'Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità English ġdid, li javża lill-pajjiżi tal-UE dwar dawn it-theddid ewlieni u jwissihom dwar in-nuqqasijiet fis-sigurtà tal-internet. Apparti minn hekk, jidentifika n-netwerks kriminali u l-ħatja prominenti, kif ukoll jipprovdi appoġġ waqt l-investigazzjonijiet.

Iċ-ċentru jkun juża tagħrif mid-dominju pubbliku, l-industrija, il-pulizija u l-akkademja biex jgħin lill-investigaturi taċ-ċiberkriminalità, il-prosekuturi u l-imħallfin.

Kulħadd jista' jisfa vittma taċ-ċiberkriminalità - din tinkludi:

  • serq onlajn tal-identità
  • frodi tal-kompjuter
  • skemi fuq karti ta' kreditu
  • sfruttament sesswali tat-tfal
  • "hijacking" tal-kontijiet web
  • attakki fuq sistemi tal-IT kemm pubbliċi kif ukoll privati

U din it-tip ta' kriminalità qed tiżdied. Madwar 600,000 profil tal-Facebook iridu jiġu bblokkati kuljum minħabba attentati ta' "hacking". Fil-Belġju biss, il-frodi fuq l-internet żdiedu minn madwar 4,000 każ fl-2008 għal aktar minn 7,000 fl-2010. U fir-Renju Unit, il-ħtif tal-kontijiet bankarji spara 'l fuq b'207% bejn l-2008 u l-2009.

Trażżin qawwi fuq iċ-ċiberkriminalità ikollu effett fuq il-fiduċja tan-nies fl-ebanking u l-ibbukkjar onlajn. Dan ifisser miljuni ta' ewro iffrankati - stħarriġ tal-2011 stima li l-ispiża globali taċ-ċiberkriminalità hija ta' €85-291 biljun.

Sfortunatament, bħalissa ftit huma l-kriminali li jinqabdu.

In-natura pan-UE taċ-ċentru tiżgura li t-theddid jinkixef malajr fil-pajjiżi kollha tal-UE. Jekk xi ħadd fil-Litwanja jirrapporta li l-kont tal-bank tiegħu ġie miftuħ illegalment, dan jista' malajr jiġi llinkjat ma' inċidenti simili fi kwalunkwe pajjiż mill-Greċja sa l-Irlanda, biex b'hekk iċ-ċentru javża mill-ewwel lill-pajjiżi kollha tal-UE b'din it-theddida.

Iċ-ċentru jkun iwieġeb ukoll għall-mistoqsijiet tekniċi u forensiċi mill-investigaturi, il-prosekuturi u l-imħallfin.

Iċ-ċentru jkun ibbażat fi ħdan l-aġenzija Ewropea tal-pulizija – Europol English f'The Hague, li trid qabel xejn tapprova l-proposta.

Aktar tagħrif dwar iċ-ċiberkriminalità u l-UE English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli