Mogħdija tan-navigazzjoni

Naċċertaw li l-kriminalità ma tiswa għalxejn - 15/03/2012

Il-miżuri tal-UE għandhom isaħħu l-liġijiet eżistenti dwar il-konfiska tal-assi akkwistati minn kriminalità serja jew organizzata.

Ta' kull sena l-gruppi kriminali jagħmlu biljuni ta' ewro minn profitti illegali. Il-biċċa l-kbira tal-qligħ tagħhom jiġi mbagħad investit f'assi jew f'attivitajiet legali, li jagħmluha aktar diffiċli għall-pulizija u għall-aġenziji li jinforzaw il-liġi sabiex jittraċċaw u jirkuprawhom.

Persentaġġ żgħir biss hu kkonfiskat minn gruppi kriminali. Pereżempju, fir-Renju Unit, il-kriminalità organizzata għamlet madwar £15-il biljun (€18-il biljun) fl-2006, li minnhom £125 miljun (€150 miljun) biss kienu rkuprati.

L-UE għandha regoli komuni dwar il-konfiska tal-assi li jirriżultaw minn attivitajiet illegali. Iżda dawn ir-regoli wrew li ma kinux adegwati biżżejjed English . Il-pajjiżi ma japplikawhomx b'mod konsistenti, u l-konfiska hi mxekkla minħabba differenzi sostanzjali bejn il-liġijiet nazzjonali.

Il-Kummissjoni qed tipproponi regoli eħfef u aktar effettivi biex jitneħħew il-lakuni li l-kriminali jipprofittaw ruħhom minnhom. Huma jiżguraw ukoll li l-qrati jkunu kapaċi jinforzaw l-ordnijiet ta' konfiska mal-UE kollha u li jirkupraw bi sħiħ l-assi illegali.

Il-konfiska hi mod effettiv ta' kif għandha tkun miġġielda l-kriminalità u taġixxi bħala deterrent. Fl-istess waqt hi ma tħallix ġid illegali jintuża biex jiġu ffinanzjati attivitajiet kriminali oħrajn u tipproteġi l-ekonomija leġittima milli tkun infiltrata mill-kriminali. Il-proposti jinkludu miżuri komuni li English :

  • jagħmluha eħfef biex jiġu kkonfiskati assi li b'mod ċar ikunu marbutin mal-attivitajiet kriminali ta' persuna misjuba ħatja
  • jissimplifikaw il-proċeduri għall-irkupru tal-assi mgħoddijin lill-persuni oħrajn li kellhom ikunu konxji li kienu akkwistati b'mod kriminali
  • jippermettu li l-assi jiġu kkonfiskati meta ma tistax tingħata ħtija kriminali minħabba li l-persuna suspettata hi mejta, marida b'mod permanenti jew maħruba
  • jiżguraw li l-prosekuturi u awtoritajiet oħrajn ikunu jistgħu jiffriżaw b'mod temporanju l-assi qabel ma dawn "jisparixxu"
  • jobbligaw lill-pajjiżi tal-UE li jimmaniġġjaw assi ffriżati jew ikkonfiskati biex jippriżervaw il-valur tagħhom.

Il-miżuri jagħmlu parti minn sensiela ta' proposti li l-Kummissjoni qed tagħmel biex tiġġieled ir-reati kriminali u tipproteġi l-ekonomija legali. Il-proposti jinkludu fost oħrajn pakkett ta' miżuri kontra l-korruzzjoni English .

F'servej reċenti tal-UE DeutschEnglishfrançais , dawk li wieġbu poġġew il-mod kif għandhom jiġu ttrattati r-reati kriminali bħala prijorità ewlenija meta mistoqsijin x'jistgħu jagħmlu dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet biex tissaħħaħ l-UE.

Aktar dwar il-konfiska u l-irkupru tal-assi English

Aktar dwar il-politika tal-liġi kriminali tal-UE DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli