Mogħdija tan-navigazzjoni

Stampa li turi żewġ persuni fuq ċaqlembuta, bil-kbira żżomm liż-żgħira 'l fuq © iStock/Mark Stay

Nixtiequ l-opinjoni tiegħek dwar kif nistgħu inħajru l-kumpaniji jaħtru iktar nisa fil-bordijiet tad-diretturi. Fl-iktar kumpaniji importanti fl-Ewropa, waħda minn kull 7 biss hija mara.

Il-bidla b'dan il-livell miexja bil-mod wisq. Jekk naraw il-bordijiet tal-ikbar kumpaniji kkowtati pubblikament tal-UE: in-nisa huma biss 14% tal-membri - mqabbla ma' 12% fl-2010. U 3% biss mill-presidenzi tal-bordijiet fl-UE huma nisa, kważi l-istess bħal sentejn ilu.

L-Ewropej jaqblu li għandha tittieħed azzjoni biex inġibu l-bilanċ. Fi stħarriġ DeutschEnglishfrançais riċenti, kważi 9 minn 10 minn dawk li rrispondew qalu li għandu jkun hemm nisa daqs irġiel fl-aqwa postijiet fin-negozji (sakemm għandhom l-istess kwalifiki). U madwar 3 minn 4 huma favur il-leġiżlazzjoni dwar l-uġwaljanza bejn is-sessi fuq il-bordijiet tal-kumpaniji.

Iktar postijiet f'pożizzjoni għolja għan-nisa, jgħinu biex in-nisa jibqgħu jaħdmu, b'hekk ngħollu r-rata ta' impjieg tan-nisa u nużaw sew il-kapaċitajiet tagħhom.

Iktar nisa f'postijiet għolja jżidu l-kompetittività tal-Ewropa. Studji mill-konsulenti McKinsey u Ernst & Young wrew li l-kumpanija bl-għadd ta' nisa u rġiel iktar ibbilanċjat għandhom profitti ogħla.

Is-sena l-oħra, il-Kummissjoni inkoraġġixxiet lill-kumpaniji pubbliċi biex jimpenjaw ruħhom b'mod volontarju Englishfrançais li jgħollu l-għadd ta' nisa fuq il-bordijiet tagħhom bi 30% sal-2015 u b'40% sal-2020.

Minn dak iż-żmien 24 kumpanija biss madwar l-Ewropa impenjaw ruħhom għall-bidla. Issa l-Kummissjoni qed tfittex miżuri oħra u nediet konsultazzjoni pubblikaDeutschEnglishfrançais biex tistudja jekk l-UE tistax ittejjeb is-sitwazzjoni - inkluż l-iffissar ta' kwoti.

Franza, il-Belġju, l-Italja, l-Olanda u Spanja diġà għandhom liġijiet li jistabbilixxu kwoti għall-bordijiet tal-kumpaniji. Sadanittant, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Ġreċja, l-Awstrija u s-Slovenja għandhom regoli dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fuq il-bordijiet ta' kumpaniji tal-istat.

Il-konsultazzjoni tnediet fil-Jum tal-UE għall-pagi ndaqs, il-5 ta' Marzu, li tfakkar li fuq medja, mara taqla' inqas minn raġel meta qed jagħmlu l-istess xogħol.

Il-konsultazzjoni onlajn hija miftuħa sat-28 ta' Mejju. Il-kummenti se jgħinu lill-Kummissjoni biex iktar tard din is-sena tiżviluppa proposti li jtejbu l-bilanċ bejn is-sessi fuq il-bordijiet tal-kumpaniji.

Iktar dwar l-uġwaljanza bejn is-sessi fil-pożizzjonijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli