Mogħdija tan-navigazzjoni

Inqajmu kuxjenza dwar id-drittijiet taċ-ċittadini - 16/12/2011

Li tifhem drittijietek bħala ċittadin tal-UE hu essenzjali biex tieħu vantaġġ mill-benefiċċji – bħall-possibbiltà li tgħix u taħdem kullimkien fl-Unjoni.

Ħafna nies ma jafux biżżejjed dwar drittijiethom bħala ċittadini tal-UE sabiex jeżerċitawhom b'mod effettiv. Stħarriġ tal-2010 Englishfrançais sab li 43% biss tan-nies jafu t-tifsira tat-terminu "ċittadin tal-Unjoni Ewropea" u kważi nofshom qalu li "mhumiex infurmati biżżejjed" dwar drittijiethom.

Il-programm Ewropa għaċ-Ċittadini DeutschEnglishfrançais għandu l-għan li jgħin lin-nies isiru iktar konxji minn dawn id-drittijiet – u jrawwem sens ta' identità Ewropea.

Il-programm ta' 7 snin li għaddej bħalissa jtemm fl-2013. Għas-sensiela li jmiss ta' finanzjament, sal-2020, il-Kummissjoni qed tipproponi li tiffoka l-baġit tagħha ta' €229 miljun biex tippromwovi t-tifsira, il-valuri komuni, l-istorja u l-kultura tal-UE.

Il-fondi se jgħinu wkoll lin-nies jieħdu sehem f'attivitajiet ċiviċi permezz ta' dibattiti u diskussjonijiet dwar l-impatt tal-UE fil-ħajja tagħhom ta' kuljum.

Eżempju wieħed huwa l-appoġġ għall-programm tal-ġemellaġġ bejn l-ibliet. Tiffinanzja netwerking bejn il-muniċipalitajiet u tgħinhom jiżvilppaw proġetti lokali konġunti.

Il-ħarsien tad-drittijiet taċ-ċittadini

It-tqajjim ta' kuxjenza jagħmel parti mill-metodu tal-Kummissjoni biex tħares id-drittijiet taċ-ċittadini fl-Unjoni kollha – flimkien mal-infurzar effettiv u s-simplifikazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom fil-prattika.

Rapport dwar iċ-ċittadinanza tal-2010 DeutschEnglishfrançais identifika l-ostakoli ewlenin li jiffaċċaw il-persuni meta jippruvaw jeżerċitaw drittijiethom, u 25 miżura li l-UE għandha timplimenta biex tneħħihom.

Jeħtieġ tittieħed azzjoni fuq ħafna minnhom. Din il-ġimgħa, pereżempju, il-Kummissjoni ressqet proposta DeutschEnglishfrançais biex issaħħaħ id-dritt għall-protezzjoni konsulari barra mill-pajjiż ta' residenza. Proposta DeutschEnglishfrançais oħra tirrakkomanda modi kif jistgħu jiġu riżolti problemi ta' taxxa fuq il-wirt f'każ ta' pajjiżi differenti.

X'inhi ċ-ċittadinanza Ewropea?

Kull ċittadin ta' pajjiż tal-UE hu wkoll ċittadin tal-Unjoni. Minbarra l-privileġġi nazzjonali, għandhom sett addizzjonali ta' drittijiet, garantiti mit-trattati tal-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE English

Iċ-ċittadinanza tagħti lill-persuni d-dritt li jgħixu, jaħdmu, jivvjaġġaw u jixtru kullimkien fis-27 pajjiż membru – daqslikieku kienu f'pajjiżhom.

Aktar informazzjoni dwar drittijietek bħala ċittadin tal-UE

2013 – Sena Ewropea taċ-ċittadini DeutschEnglishfrançais

Nagħmlu l-ħajja taċ-ċittadini iktar faċli DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli