Mogħdija tan-navigazzjoni

Kulħadd għandu jgawdi mill-integrazzjoni - 25/07/2011

Cartoon li juri bubble bi kliem f'ħafna lingwi differenti © EU

Kemm iċ-ċittadini tal-UE u kif ukoll il-migranti jaqblu li l-integrazzjoni għandha bżonn ħiliet fil-lingwa, impjieg, rispett għall-kultura lokali u status legali ċar.

Il-migranti fl-UE ma jġibux biss diversità iżda wkoll il-potenzjal li jagħtu kontribut prezzjuż għat-tkabbir ekonomiku u l-istabbiltà.

Hekk kif il-popolazzjoni tal-Ewropa qed tixjieħ u r-rati tat-twelid jibqgħu baxxi, il-migranti jistgħu jgħinu jsostnu l-ekonomija tal-UE u jiffinanzjaw is-sistemi tas-sigurtà soċjali nazzjonali. Iżda jridu jkunu integrati totalment fil-pajjiżi li jospitahom.

Pakkett ġdid ta' miżuri English propost mill-Kummissjoni għandu jiffaċilita l-integrazzjoni permezz ta' tagħlim tal-lingwa, aċċess aħjar għall-impjiegi, edukazzjoni u taħriġ, kif ukoll sforzi biex tkun miġġielda d-diskriminazzjoni.

Il-politiki ta' integrazzjoni jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-gvernijiet nazzjonali. Iżda l-UE tista' toffri appoġġ u inċentivi - permezz ta' ffinanzjar, koordinazzjoni tal-politika u ffaċilitar tal-iskambji tal-aħjar prattiċi. Il-miżuri l-ġodda għandhom jinkoraġġixxu l-azzjoni fuq livell lokali, inkluż il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali, min iħaddem, l-organizzazzjonijiet tal-migranti, il-fornituri tas-servizzi u r-residenti lokali.

Kull pajjiż (jew reġjun jew belt) fl-UE jagħżel il-miżuri l-iktar adatti għaċ-ċirkustanzi tiegħu, u se jkun hemm indikaturi għall-UE kollha biex jimmonitorjaw ir-riżultati.

M'għandux ikun hemm tfixkil għall-progress f'dan il-qasam, billi r-riżultati ta' stħarriġ riċenti ta' Ewrobarometru dwar l-integrazzjoni tal-migranti Englishfrançais juru li kemm iċ-ċittadini tal-UE kif ukoll il-migranti jaqblu dwar il-fatturi li jgħinu l-integrazzjoni.

L-istħarriġ, li sar f'Marzu u April 2011, sab qbil dwar il-fatt li hemm bżonn sforz ikbar minn kull naħa - mill-gvernijiet, mill-migranti nnifishom u mill-pubbliku in ġenerali.

Iċ-ċittadini tal-UE u l-migranti għandhom opinjonijiet simili dwar il-fatturi li jinfluwenzaw l-integrazzjoni. Li wieħed jitkellem il-lingwa tal-post, il-possibbiltà ta' impjieg, ir-rispett tal-kultura lokali u l-istatus legali ċar kienu l-ewwel erba' fatturi li ssemmew - bil-lingwa l-iktar importanti għaż-żewġ gruppi.

Iż-żewġ gruppi qablu wkoll dwar l-importanza tal-integrazzjoni fuq ix-xogħol u fl-iskejjel, u dwar l-impatt negattiv tas-segregazzjoni skont iż-żona.

Fl-UE hawn 20.1 miljun migrant minn pajjiżi mhux tal-UE, madwar 4% tal-popolazzjoni.

Il-websajt tal-UE dwar l-integrazzjoni DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli