Mogħdija tan-navigazzjoni

Progress imħallat rigward id-drittijiet fundamentali - 20/06/2011

Statwa ta' mara li qed iżżomm miżien tal-ġustizzja quddiem bandiera tal-UE © EU

L-UE jinħtiġilha tindirizza tliet sfidi kbar għaż-żamma tad-drittijiet fundamentali - il-marġinalizzazzjoni tar-Roma, it-trattament ħażin ta' dawk li jfittxu l-asil u t-theddid għall-protezzjoni tad-dejta.

Il-karta tad-drittijiet fundamentali English tal-UE tħaddan il-valuri komuni taċ-ċittadini tagħha - ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, l-ugwaljanza, is-solidarjetà, id-demokrazija u l-istat tad-dritt.

Iżda l-progress tat-twettiq fil-prattika ta' dawn il-valuri universali huwa mħallat, tgħid l-aġenzija tal-UE għad-drittijiet fundamentali. L-eżami annwali English tagħha tal-applikazzjoni tal-karta jsejjaħ lill-UE tindirizza tliet oqsma ewlenin: it-trattament tal-persuni li jfittxu l-asil, l-esklużjoni soċjali tar-Roma u l-protezzjoni tad-dejta personali.

Asil u migrazzjoni

Xi pajjiżi tal-UE li ffaċċaw influssi f'daqqa ta' migranti illegali fl-2010 ma rnexxilhomx ikampaw, u dan wassal għal ksur tad-drittijiet fundamentali ta' dawk miżmuma. Strateġija maqsuma proposta għall-persuni li jfittxu l-asil għandha tiżgura l-appoġġ meħtieġ għall-pajjiżi partikolarment esposti għall-flussi tal-immigrazzjoni.

Roma

L-UE għandha ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex tiġġieled id-diskriminazzjoni kontra r-Roma, li għadhom jesperjenzaw livelli iktar baxxi ta' impjieg, kundizzjonijiet ta' akkomodazzjoni ħżiena, ostakli għall-kura tas-saħħa u segregazzjoni fis-sistemi tal-edukazzjoni.

Protezzjoni tad-dejta

Diversi pajjiżi opponew il-liġi tal-UE dwar iż-żamma tad-dejta, bl-argument li din tikser id-drittijiet tal-privatezza. Il-liġi tirrikjedi lill-kumpaniji tat-telefown u tal-Internet biex jiġbru d-dejta dwar il-komunikazzjonijiet tal-konsumaturi tagħhom. Bħalissa din il-liġi qed tiġi eżaminata.

Ksur ieħor tad-drittijiet fundamentali jinkludi aċċess mhux ugwali għas-sistemi legali għal ċerti ċittadini, livelli għoljin ta' diskriminazzjoni u ksur tad-drittijiet tat-tfal f'diversi pajjiżi.

Kisbiet

Sar progress fl-iżgurar li l-istituzzjonijiet, l-entitajiet u l-aġenziji kollha tal-UE jikkonformaw mal-karta. Qed tingħata iktar importanza lid-drittijiet tal-vittmi, speċjalment tat-tfal.

Peress li l-UE issa tagħmel parti mill-konvenzjoni tal-UE dwar il-persuni b'diżabilità, il-liġijiet il-ġodda kollha għandhom jirriflettu drittijiethom. L-UE biħsiebha wkoll tingħaqad fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem.

Pass ieħor 'il quddiem hu l-ħatra mill-pajjiżi kollha ta' entitajiet nazzjonali li jipprovdu appoġġ u pariri lill-vittmi tad-diskriminazzjoni.

L-aġenzija tad-drittijiet fundamentali enfasizzat ukoll il-benefiċċji tal-inizjattiva taċ-ċittadini tal-UE, li tippermetti petizzjonijiet pubbliċi u ssaħħaħ id-demokrazija parteċipattiva.

Aktar tagħrif dwar id-drittijiet fundamentali English

Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali Englishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli