Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-korruzzjoni: insaħħu l-ġlieda kontriha - 06/06/2011

Maġistrat bil-martellett f'idu © Corbis

Pakkett ta' miżuri se jagħti iktar kapaċità lill-pajjiżi tal-UE fil-ġlieda tagħhom kontra l-korruzzjoni.

Erbgħa minn kull ħames English ċittadini tal-UE jgħidu li l-korruzzjoni hija problema prinċipali f'pajjiżhom, li juri l-bżonn ta' impenn politiku iktar sod biex ikunu miġġielda dawn l-attivitajiet kriminali u l-danni ekonomiċi, soċjali u politiċi li jikkawża.

Tixħim, buqxiex (jiġifieri ħlas ta' tixħima bħala kumpens għall-uffiċjal li influwenza l-proċess tal-akkwist) u ħlasijiet illegali minn individwi, negozji u l-kriminalità organizzata iduru mal-proċess demokratiku, ifixklu l-operat ġust tal-ekonomija u jippenalizzaw lill-onesti.

Il-korruzzjoni hija stmata li tiswa madwar €120 biljun fis-sena, madwar 1% tal-prodott gross domestiku tal-UE.

Il-pajjiżi kollha tal-UE għandhom liġijiet kontra l-korruzzjoni, iżda dawn mhux dejjem jiġu implimentati b'mod konsistenti. Biex jgħinu jiffukaw l-isforzi, il-gvernijiet Ewropej taw mandat politiku danskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska lill-Kummissjoni biex tiżviluppa strateġija komuni kontra l-korruzzjoni.

L-ewwel pass jinvolvi valutazzjonijiet - li għandhom ikunu ppubblikata kull sentejn mill-2013 - biex jimmonitorjaw il-progress tal-pajjiżi fil-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-korruzzjoni. Il-valutazzjonijiet se jikkumplimentaw dawk li huma diġà ppubblikati minn entitajiet internazzjonali.

Proposti oħra jinkludu:

  • ir-reviżjoni tar-regoli tal-UE biex isir iktar faċli li assi kriminali jkunu kkonfiskati u biex qrati nazzjonali jkunu jistgħu jinfurzaw id-deċiżjoni ta' konfiska madwar l-Unjoni
  • l-emendi fir-regoli tal-akkwist pubbliku, l-istandards tal-kontabilità u l-verifiki statutorji għall-kumpaniji tal-UE
  • it-titjib fl-investigazzjonijiet kriminali finanzjarji u l-għajnuna lill-gvernijiet biex jiġbru statistika iktar preċiża dwar il-kriminalità
  • it-tisħiħ tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija u t-taħriġ tal-uffiċċjali li jinfurzaw il-liġi
  • l-iżvilupp ta' strateġija aħjar biex ikun miġġieled l-użu ħażin tal-flus tal-UE
  • it-tisħiħ tal-kriterji kontra l-korruzzjoni li pajjiżi li jixtiequ jisseħbu fl-UE għandhom ikollhom
  • it-twaqqif ta' iktar kundizzjonijiet kontra l-korruzzjoni fl-għotjiet lill-pajjiżi oħra
  • il-kooperazzjoni iktar mill-qrib ta' aġeziji tal-UE bħal Europol u l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF).

Rapport ġdid English juri li għadd ta' pajjiżi għadhom ma implimentawx ir-regoli tal-UE li jikkriminallizzaw it-tixħim attiv jew passiv minn kumpaniji privati.

Il-Kummissjoni qed titlob biex dan isir. Qegħda wkoll tħeġġeġ lill-pajjiżi tal-UE li għadhom m'għamlux dan, biex jirratifikaw u jimplimentaw il-ftehimiet dwar il-korruzzjoni li saru fil-Kunsill tal-Ewropa, fin-NU u fl-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp.

L-UE trid tipparteċipa fi GRECO, il-grupp tal-Kunsill tal-Ewropa kontra l-korruzzjoni, li tiegħu huma diġà membri l-pajjiżi kollha tal-UE.

Iktar dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli