Mogħdija tan-navigazzjoni

Ġestjoni ġusta u effettiva tal-immigrazzjoni - 26/05/2011

Ħaddiem tan-NU u refuġjati fiċ-ċentru tal-akkomodazzjoni f'Lampedusa © EU

Miżuri ġodda għandhom jgħinu lill-pajjiżi tal-UE jiġġestixxu aħjar il-fluss ta' immigranti, jissodisfaw il-ħtieġa tagħhom għal ħaddiema ġodda u jevitaw l-abbużi.

Il-moviment ħieles huwa dritt fundamentali għaċ-ċittadini kollha tal-UE. Madankollu, il-pressjonijiet tal-immigrazzjoni fuq il-fruntieri esterni tal-Unjoni għandhom ikunu ġestiti effettivament, u fl-istess waqt għandu jitħeġġeġ id-dħul ta' ħaddiema tas-sengħa.

Nindirizzaw id-distakk fis-snajja'

Rata baxxa ta' twelid u popolazzjoni li qed tixjieħ ifissru li l-Ewropa qed issir dejjem iktar dipendenti fuq ħaddiema immigranti. Is-sitwazzjoni attwali fl-Afrika tat-tramuntana toffri opportunità ta' benefiċċju reċiproku għall-UE u għal dawk li qed jaħarbu l-inkwiet, il-persekuzzjoni u l-gwerra.

Sal-2060 l-Ewropa se jkollha 50 miljun ħaddiem anqas jekk il-livelli storiċi tal-immigrazzjoni jinżammilhom il-livell tagħhom. Jekk le, se jkun hemm 110 miljun ħaddiem inqas mil-lum biex jgħinu fil-finanzjament tal-livelli attwali tal-infiq fuq il-benefiċċji soċjali, speċjalment il-pensjonijiet.

Ikkalkulat li sal-2020 fis-settur tas-saħħa biss se jkun hemm nuqqas ta' madwar miljun professjonist. L-immigranti jistgħu jgħinu biex dawn l-impjiegi u oħrajn jimtlew.

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni qed tipproponi miżuri ġodda English sabiex tiġġestixxi aħjar il-fluss ta' migrazzjoni mill-ġirien fl-Afrika ta' fuq. Dawn jiftħu aktar modi legali għall-ħaddiema b'kapaċitajiet bżonjużi biex jidħlu fl-UE.

Naħdmu flimkien

L-UE trid tiżviluppa "sħubiji ta' mobilità" biex tgħin lit-Tuniżija, il-Marokk u l-Eġittu jiżviluppaw programmi ta' reklutaġġ għall-UE. Il-pjan jinkludi metodu biex jiġu rikonoxxuti ħiliet professjonali u akkademiċi kumparabbli.

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jibbenefikaw minn immigrazzjoni ta' ħaddiema b'kapaċitajiet bżonjużi biex jindirizzaw l-iskarsezza tal-ħaddiema.

L-UE għandha tipprovdi wkoll programmi ta' ripatrijazzjoni għal dawk li jkunu jixtiequ jmorru lura f'pajjiżhom.

Is-sħubiji jinkludu wkoll prospett ta' faċilità għall-istudenti, r-riċerkaturi u n-negozjanti biex jiksbu viżi tal-UE.

Bħala parti mil-ftehim, il-pajjiżi li jibagħtu l-immigranti jintalbu jtejbu l-kapaċità tagħhom li jittrattaw l-immigrazzjoni illegali, itejbu l-ġestjoni tal-fruntieri, u jiġġieldu kontra l-kutrabandu u t-traffikar tal-bnedmin.

Nevitaw l-abbuż

Qed jiġu diskussi wkoll tibdiliet fir-regoli tal-viża tal-UE English . Dawn jippermettu l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tar-rekwiżiti għal persuni minn barra l-UE f'ċirkustanzi eċċezzjonali. Dawn jinkludu l-wasla ta' għadd kbir ta' immigranti illegali jew persuni li taparsi qed ifittxu l-kenn.

Il-passi li jmiss

Il-proposti għandhom ikunu diskussi mill-pajjiżi membriwaqt is-samit tal-UE li jmiss fi Brussell, nhar l-24 ta' Ġunju 2011.

Aktar dwar il-migrazzjoni English

Rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-immigrazzjoni u l-asil (2010) English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli