Mogħdija tan-navigazzjoni

Mara bilqiegħda mal-art b'rasha f'idejha © iStock/Aldo Murillo

Il-Kummissjoni tipproponi li tiggarantixxi lill-vittmi ta' reati livell minimu ta' drittijiet fl-Unjoni Ewropea kollha.

Turista Pollakka ġiet aggredita u mweġġa' serjament waqt li kienet qed iżżur Pariġi. Adoloxxenti Taljan ġie attakkat waqt li kien ħiereġ minn stazzjon tal-metro f'Ħelsinki. Kull sena, jiġu rreġistrati 30 miljun reat kriminali fl-UE - u l-għadd totali tal-vittmi jista' jilħaq 75 miljun fis-sena, meta jitqiesu l-għadd ta' reati li ma jiġux irrappurtati lill-pulizija.

Għall-vittmi, ix-xokk fiżiku jew psikoloġiku xi drabi jkompli jikber minħabba trattament mhux adatt mill-pulizija jew mill-professjonisti tal-ġustizzja. Il-problema tieħu dimensjoni ikbar jekk il-vittmi jinsabu f'pajjiż barrani u jħabbtu wiċċhom ma' lingwa u sistema ġuridika li ma jafux.

Il-liġijiet tal-Istati Membri f'dan il-qasam għadhom mhumiex uniformi. Hu għalhekk li l-Kummissjoni qed tipproponi serje ta' miżuri DeutschEnglishfrançais li jiggarantixxu lill-vittmi l-istess livell ta' protezzjoni, ta' appoġġ u ta' aċċess għall-ġustizzja fil-pajjiżi kollha tal-UE.

Dawn il-miżuri huma maħsuba biex:

  • jiggarantixxu li l-professjonisti tal-ġustizzja u l-uffiċjali tal-puliziji jkunu mħarrġa sew biex jittrattaw lill-vittmi u lill-qraba tagħhom b'rispett u biex jinfurmawhom tajjeb dwar drittijiethom;
  • joffru protezzjoni partikolari lill-vittmi l-iktar vulnerabbli bħat-tfal, il-persuni b'diżabilità jew il-vittmi ta' stupru. Ngħidu aħna, il-vittmi jkollhom l-opportunità li jixhdu permezz ta' vidjokonferenza biex ma jaffrontawx direttament lill-aggressur tagħhom;
  • il-vittmi jiġu offruti servizzi ta' għajnuna psikoloġika u prattika. Familja li darhom insterqet tkun tista' tirċievi għajnuna biex tikkuntattja lil ħaddied biex jibdlilhom is-serratura;
  • il-vittmi jiġu infurmati f'lingwa li jifhmu. Jekk ikun meħtieġ, tingħatalhom għajnuna legali u finanzjarja biex ikopru l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tippermettilhom jassistu għall-proċess.
  • Il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni DeutschEnglishfrançais . Il-vittmi tal-vjolenza domestika, ngħidu aħna, ikollhom l-assigurazzjoni li d-deċiżjoni li l-aggressur m'għandux jikkuntattjahom tibqa' tipproteġihom meta jmorru f'pajjiżi oħrajn tal-UE.

    Barra dan, ir-regoli tal-UE fil-qasam tal-kumpens, speċjalment f'każ ta' aċċident tat-traffiku, jeħtiġilhom jissaħħu fis-snin li ġejjin.

    Aktar tagħrif dwar il-protezzjoni tal-vittmi fl-UE English

    Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

     

    Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

    Iva LE

    X'kont qed tfittex?

    Għandek xi suġġerimenti?

    Links utli