Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE qed tipprova toħloq sistema komuni għall-asil, issaħħaħ il-kontrolli mal-fruntieri, iżżid is-superviżjoni taż-żona ħielsa ta' vjaġġar mal-fruntieri tagħha u tuża l-politika dwar l-immigrazzjoni biex tgħin ħalli jimtlew in-nuqqasijiet fis-suq tax-xogħol.
Ngħinuhom
Mill-bidu ta' din is-sena, l-instabbiltà politika fl-Afrika ta' Fuq ġabet magħha 25,000 migrant lejn ix-xtut tal-UE - prinċipalment fl-Italja u f'Malta.
L-UE għandha obbligu morali li tipprovdi refuġju sikur lir-refuġjati leġittmi, u l-pajjiżi tal-UE kollha mistennija jgħinu meta influss f'salt ta' immigranti jitfa' pressjoni qawwija fuq il-kapaċità tal-pajjiżi involuti b'mod dirett li jridu jieħdu ħsiebhom.
Iżda r-ritratti ta' dgħajjes se jaqgħu biċċiet u ta' bajjiet iffollati jaħbu l-fatt li hu wkoll fl-interess tal-Ewropa li jkun hemm approċċ aktar strutturat, komprensiv, u fit-tul għall-asil u l-migrazzjoni.
Ngħinu lilna nfusna
Iċ-ċifri jitħaddtu għalihom innifishom. Fl-2007, il-popolazzjoni b'età tax-xogħol fl-Ewropa ammontat għal 235 miljun persuna. Dawn il-ħaddiema qed iħallsu għall-pensjonijiet tagħna u qed jiffinanzjawlna s-sistemi tas-saħħa u tal-benefiċċji soċjali, li diġà jinsabu taħt pressjoni kbira.
Sal-2060 l-Ewropa se jkollha 50 miljun ħaddiem anqas jekk il-livelli storiċi tal-immigrazzjoni jinżammilhom il-livell tagħhom. Jekk dan ma jsirx, se jkun hemm 110 miljun ħaddiem anqas milli hawn illum sabiex il-mudell soċjali Ewropew jibqa' ħaj.
Ikkalkulat li sal-2020 fis-settur tas-saħħa biss se jkun hemm nuqqas ta' madwar miljun professjonist. Il-migranti jistgħu jgħinu biex dawn l-impjiegi u oħrajn jimtlew.
Approċċ ibbilanċjat
Il-proposti l-ġodda tal-Kummissjoni dwar il-migrazzjoni ![]()
jagħmlu distinzjoni bejn il-migranti ekonomiċi li jipprovaw jidħlu fl-Ewropa b'mod illegali, ir-refuġjati, dawk li jitolbu l-asil, u l-persuni spustati temporanjament li jixtiequ jmorru lura lejn pajjiżhom. Dawn jinkludu: