Mogħdija tan-navigazzjoni

Roma - miri ġodda għal integrazzjoni aħjar - 07/04/2011

Ħamest itfal żgħar Roma fuq il-ħaxix © EU

Pjanijiet biex jitjiebu l-aċċess tar-Roma għall-edukazzjoni, is-suq tax-xogħol, il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni.

'Roma' huwa terminu ġenerali għal għadd ta' gruppi Romani li jistgħu jiddeskrivi lilhom infushom bħala Roma, Żingari, Manouches, Ashkali jew Sinti. B'popolazzjoni ta' madwar 11-il miljun, dawn huma l-ikbar minorità etnika fl-Ewropa. Hemm komunitajiet Roma kważi f'kull pajjiż tal-UE.

Ir-Roma fl-Ewropa iħabbu wiċċhom ma' iktar diffikultajiet mill-bqija tal-popolazzjoni. Ħafna m'għandhomx il-livell ta' edukazzjoni li għandhom bżonn biex isibu xogħol. Spiss ikollhom ħajja iqsar u jgħixu f'akkomodazzjoni ta' kwalità baxxa.

Il-qafas tal-UE għal strateġiji ta' integrazzjoni tar-Roma DeutschEnglishfrançais jistabilixxi miri għall-UE kollha biex titjieb il-kwalità ta' ħajja tar-Roma, billi jagħmlu dejjem iktar parti mis-soċjetà inġenerali. Il-miri huma:

  • biex it-tfal Roma kollha jispiċċaw l-iskola primarja - stħarriġ f'sitt pajjiżi tal-UE sab li bħalissa 42% biss tat-tfal jaslu sal-aħħar tal-iskola primarja
  • aċċess sħiħ għat-taħriġ vokazzjonali, is-suq tax-xogħol u l-iskemi għal xogħol għal rashom - ir-rati ta' impjiegi, speċjalment għan-nisa, huma ferm inqas mill-medja tal-UE
  • aċċess indaqs għall-kura tas-saħħa, il-kura preventiva u s-servizzi soċjali - bi prijorità li titnaqqas ir-rata ta' mortalità tat-tfal
  • aċċess non-diskriminatorju għall-akkomodazzjoni, inkluż l-akkomodazzjoni soċjali - pereżempju billi l-komunitajiet Roma jiġu konnessi mas-servizzi ta' forniment tal-ilma u l-elettriku

Il-pajjiżi tal-UE se jkollhom ifasslu l-istrateġija nazzjonali tagħhom dwar ir-Roma sal-aħħar ta' din is-sena skont dawn il-linji gwida.

Il-pjan jipproponi wkoll modi biex jitjieb l-użu tal-fondi tal-UE disponibbli biex jilħqu l-bżonnijiet tar-Roma aħjar. Illum, ħafna mill-pajjiżi membru ma' jużawx l-għotjiet ta' flus mill-UE bl-aħjar mod biex jappoġġaw proġetti ffukati fuq ir-Roma.

Li r-Roma jkollhom l-istess drittijiet u opportunitajiet daqs ħaddieħor huwa importanti għall-integrazzjoni tagħhom u għall-koeżjoni soċjali tas-soċjetà. Ifisser ukoll benefiċċji ekonomiċi. Bil-kapaċitajiet tajba biex isibu xogħol, ir-Roma jkunu jistgħu jikkontribwixxu għall-produttività ekonomika - b'hekk jonqsu l-ħlasijiet tal-benefiċċji statali u jiżdied id-dħul mit-taxxa.

Il-Kummissjoni se ssegwi l-progress tal-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Roma, permezz tal-aġenzija tal-UE għad-drittijiet fundamentali English , u tirrapporta lura lill-Parlament u lill-Kunsill kull sena.

Aktar tagħrif dwar l-UE u r-Roma

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli