Mogħdija tan-navigazzjoni

Separazzjoni ta' koppji internazzjonali: tmiem l-uġigħ ta' ras - 21/03/2011

Raġel u mara jagħtu dahar xulxin © iStock

Regoli ġodda Ewropej dwar id-drittijiet tal-proprjetà ta' koppji internazzjonali jsaħħu s-sigurtà legali u jnaqqsu l-ispejjeż u t-tul ta' żmien tal-proċeduri f'każ ta' separazzjoni.

Aktar u aktar Ewropej qed jiżżewġu persuna b'nazzjonalità differenti minn tagħhom. Koppji oħrajn huma mill-istess pajjiż, iżda jgħixu f'pajjiż barrani — kultant anki, kull wieħed minnhom f'pajjiż differenti. Dawn il-koppji internazzjonali jirrappreżentaw 13% taż-żwiġijiet li seħħew fl-UE fl-2007.

F'każ ta' divorzju, ta' separazzjoni jew ta' mewt ta' wieħed jew waħda mill-miżżewġin, huma jkollhom jassistu għal taħwida legali biex jaqsmu l-proprjetajiet tagħhom, li ta' spiss ikunu jinsabu f'diversi pajjiżi. Liema leġiżlazzjoni għandha tapplika? Dik tal-pajjiż ta' residenza? Dik tal-pajjiż ta' oriġini? Dik fejn tinsab il-proprjetà? Liema tribunal għandu jkun indirizzat? Dawn il-proċeduri kumplessi jiswew 1.15 biljun ewro fis-sena.

Ir-regoli l-ġodda proposti mill-Kummissjoni se jippermettu li dawn ikunu aktar ċari u se jnaqqsu l-ispejjeż, iżda wkoll se jevitaw li wieħed/waħda mill-miżżewġin jieħu/tieħu vantaġġ mil-liġijiet ta' pajjiż biex tkun żvantaġġjata l-parti l-oħra.

Dawn id-dispożizzjonijiet jikkonċernaw kemm lill-koppji miżżewġin DeutschEnglishfrançais kif ukoll lis-sħubijiet irreġistrati DeutschEnglishfrançais , li jinsabu fi tlettax-il Stat Membru. Fl-2007, madwar 41,000 sħubija rreġistrati fl-Unjoni twettqu minn koppji internazzjonali.

Il-koppja li tiddivorzja tista' dalwaqt tagħżel il-pajjiż li tiegħu l-leġiżlazzjoni trieġi t-tqassim tal-proprjetajiet, kif ukoll it-tribunal kompetenti. F'każ ta' nuqqas ta' qbil, il-leġiżlazzjoni u t-tribunal għandhom jinħatru skont lista ta' kriterji li jippermettu li jiġi determinat il-pajjiż li l-miżżewġin għandhom l-aktar rabtiet mill-qrib miegħu. Meta tinħall sħubija rreġistrata, il-liġi applikabbli għandha tkun dik tal-pajjiż fejn din kienet twettqet u l-għażla tat-tribunal għandha titħalla f'idejn il-koppja. Hawn ukoll, ċerti kriterji għandhom jippermettu li sseħħ din l-għażla jekk l-imseħbin ma jaqblux bejniethom.

Is-sena l-oħra, l-UE kienet diġà adottat leġiżlazzjoni li ppermettiet lill-koppji transnazzjonali li jagħżlu l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għad-divorzju tagħhom. Erbatax-il Stat Membru ffirmaw dan it-test, li madankollu ma jkoprix il-kwistjonijiet tal-wirt.  

Biex tkun taf aktar dwar il-liġi tal-familja fl-UE DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli