Mogħdija tan-navigazzjoni

Insibu bilanċ bejn is-sigurtà u l-privatezza - 03/02/2011

Sema miżgħud bl-ajruplani u l-istrixxi tad-duħħan li jħallu warajhom © EU

Pjanijiet tal-UE se jippermettu li d-dejta tal-passiġġieri tal-ajru internazzjonali tintuża taħt kundizzjonijiet stretti għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-reati serji.

Id-dejta personali li jiġbru l-linji tal-ajru mill-passiġġieri tista' tipprovdi lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi b'informazzjoni ta' siwi kbir għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u reati serji oħra.

Intejbu s-sigurtà

Bħala parti mill-istrateġija biex titjieb is-sigurtà fl-Ewropa, l-UE qed tipproponi regoli komuni English għat-trasferiment, l-użu, il-ħażna u l-protezzjoni tad-dejta miġbura mill-passiġġieri ta' titjiriet internazzjonali lejn u minn pajjiż tal-UE.

Bosta pajjiżi tal-UE diġà jiġbru u jużaw id-dejta dwar il-passiġġieri għall-infurzar tal-liġi b'xi mod jew ieħor, iżda ftit huma dawk li jagħmlu dan sistematikament. Metodu komuni għandu jagħlaq il-lakuni fis-sigurtà, jipproteġi aħjar id-dejta personali, u jiżgura li l-linji tal-ajru u l-passiġġieri jkunu jafu x'regoli japplikaw.

Il-linji tal-ajru se jkunu meħtieġa jibagħtu l-informazzjoni lil unità speċjali tal-infurzar tal-liġi fil-pajjiż tal-UE tat-tluq jew tal-wasla. Tali unitajiet jistgħu jużaw id-dejta għat-traċċar u l-prosekuzzjoni tat-terroristi biss, u dawk involuti f'reati serji, bħat-traffikanti tad-droga u tal-bnedmin. L-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi se jkunu jistgħu jużaw id-dejta wkoll meta jikkoordinaw l-investigazzjonijiet tagħhom ma' pajjiżi oħra.

Filwaqt li nipproteġu d-dejta personali

Ir-reġistri bl-ismijiet tal-passiġġieri li jinżammu fis-sistemi elettroniċi tal-ibbukkjar tal-linji tal-ajru fihom informazzjoni bħad-dati tal-ivvjaġġar, l-itinerarji, id-dettalji ta' kuntatt, in-numri tal-kards tal-kreditu, in-numri tas-siġġijiet u l-informazzjoni dwar il-bagalji.

Ir-regoli proposti jispeċifikaw liema dejta tista' tiġi ttrasferita u pproċessata. Il-passiġġieri se jkollhom id-dritt jaċċessaw, jirranġaw u jħassru d-dejta tagħhom. Se jkollhom id-dritt ukoll għal kumpens u jistgħu jieħdu azzjoni legali jekk ir-regoli ma jiġux irrispettati.

L-unitajiet tal-infurzar tal-liġi se jkunu jistgħu jżommu d-dejta għal perjodu limitat biss - wara xahar, isem l-individwu jitneħħa u jsir anonimu. Wara ħames snin, l-informazzjoni titħassar għal kollox. Awtorità indipendenti tal-protezzjoni tad-dejta se tkun qed tissorvelja l-konformità.

Il-passi li jmiss

X'aktarx li jridu jgħaddu sentejn qabel ma l-Kunsill u l-Parlament jaqblu dwar ir-regoli l-ġodda u jiġu implimentati. Ladarba jiġri dan, se jiġu kkunsidrati r-regoli li jkopru t-titjiriet fi ħdan l-UE.

Aktar tagħrif dwar is-sigurtà u l-ġustizzja fl-UE English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli

  • EUROPA
  • Kamra tal-aħbarijietDeutschEnglishfrançais