Mogħdija tan-navigazzjoni

Nagħmlu l-ħajja aktar faċli għal dawk b'diżabilità - 15/11/2010

Tifla f'siġġu tar-roti © EU

Strateġija ta' għaxar snin għal dawk b'diżabilità sabiex ikunu jistgħu jieħdu sehem fl-aspetti kollha tal-ħajjar ta' kuljum madwar l-UE.

Madwar 80 miljun ruħ li jgħixu fl-UE għandhom xi forma ta' diżabilità żgħira jew kbira. L-ostakli fiżiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom, bħall-aċċess għall-iskola jew għall-post tax-xogħol, ifissru li jistgħu jsofru minn esklużjoni soċjali. Livelli baxxi ta' impjieg u edukazzjoni jfissru li r-rata tal-faqar għal dawk b'diżabilità hija 70% aktar għolja mill-medja.

L-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità DeutschEnglishfrançais għandha l-għan li tiffaċilita l-ħajja ta' kuljum għal dawk b'xi diżabilitajiet - u li jgawdu drittijiethom bħala ċittadini tal-UE.

Tiżgura l-aċċess għall-finanzjament tal-UE, tgħolli l-għarfien pubbliku dwar id-diżabilità, u tħeġġeġ il-gvernijiet membri jaħdmu flimkien biex ineħħu l-ostakli għall-inklużjoni.

Tissodisfa wkoll l-impenn tal-UE għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltajiet English, li l-unjoni u l-pajjiżi membri tagħha ffirmaw fl-2007.

L-għanijiet tal-istrateġija għall-ewwel ħames snin jinkludu:

  • il-ħolqien ta' politiki għal edukazzjoni inklużiva ta' kwalità għolja
  • l-iżgurar li l-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar tkun tinkludi enfasi speċjali dwar persuni b'diżabilitajiet. Il-forum jgħaqqad l-esperti biex jaqsmu l-aħjar metodi u esperjenzi
  • ħidma lejn ir-rikonoxximent ta' kards ta' diżabilità madwar l-UE kollha biex ikun hemm trattament ugwali meta wieħed jaħdem, jgħix jew jivjaġġa fl-Unjoni
  • li lokalitajiet ta' votazzjoni u materjal elettorali jsiru aktar aċċessibbli
  • il-kunsiderazzjoni tad-drittijiet ta' persuni b'diżabilità fil-programmi ta' żvilupp barrani u għall-pajjiżi kandidati tal-UE.

Il-Kummissjoni se tikkunsidra wkoll li tipproponi "'Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità", li jistipola l-istandards tal-UE għall-prodotti, is-servizzi u l-bini pubbliku. Pereżempju, ikun eħfef għall-produtturi tas-siġġijiet tar-roti jew tat-tastieri b'ittri kbar li jagħmlu negozju minn pajjiż għal ieħor, biex b'hekk jitbaxxew il-prezzijiet.

Il-promozzjoni tal-aċċessibilità hija parti importanti mill-ħolqien ta' kultura ta' opportunitajiet indaqs fl-UE. Iżda toffri wkoll benefiċċji għall-bqija tal-ekonomija. L-ispinta għall-industriji li jinvestu fil-prodotti u servizzi aċċessibbli tkattar l-innovazzjoni u toħloq l-impjiegi.

Iktar dwar il-politiki dwar ud-diżabilità

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli