Mogħdija tan-navigazzjoni

Nissalvagwardjaw il-privatezza fl-era diġitali - 05/11/2010

Kompjuter u tastiera © EU

Pjanijiet biex jingħata iktar kontroll lill-konsumaturi dwar kif l-informazzjoni personali tinġabar u tintuża.

Fiż-żmien tal-internet u tal-globalizzazzjoni, qed isir iktar diffiċli li nżommu d-dettalji personali tagħna privati. Ix-xiri onlajn jew it-tqassim tar-ritratti u tal-informazzjoni personali fuq siti ta' netwerking soċjali bħal Facebook saru parti mill-ħajja ta' kuljum.

Filwaqt li r-regoli tal-UE eżistenti dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni personali huma fost l-iktar b'saħħithom fid-dinja, hemm bżonn li jiġu aġġornati biex jirriflettu t-tibdiliet fit-teknoloġija u l-mod kif ngħixu. Strateġija ġdida għall-protezzjoni tad-dejta Englishfrançais se tara li tiżgura li n-nies ikunu konxji minn x'jiġri mill-informazzjoni li jaqsmu ma' kumpaniji, awtoritajiet pubbliċi u siti ta' netwerking soċjali.

Dawk li jiġbru l-informazzjoni personali, bħall-fornituri tas-servizz tal-internet jew il-magni tat-tfittix, se jkollhom jiżvelaw min qed jiġbor id-dejta u għal-liema raġuni.

L-istrateġija se tintroduċi l-kunċett tad-"dritt li tintesa" - li titlob li d-dejta tiegħek titneħħa għal kollox ladarba sservi l-għan oriġinali tagħha.

Bħalissa, il-kumpaniji tat-telekomunikazzjonijiet biss għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi jekk id-dettalji personali tagħhom jiġu aċċessati b'mod illegali. L-istrateġija se testendi dan ir-rekwiżit għal setturi oħra, bħall-industrija finanzjarja.

Il-kumpaniji se jkunu jistgħu jibagħtu informazzjoni personali barra l-UE biss jekk ir-riċevitur jinsab f'pajjiż li joffri l-istess livell ta' protezzjoni tad-dejta.

L-informazzjoni personali miżmuma mill-pulizija u l-awtoritajiet tal-ġustizzja kriminali se tkun protetta wkoll. Ir-regolaturi nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta se jissaħħu u se jiġu mħeġġa jaħdmu flimkien iktar mill-qrib biex jevitaw l-abbużi.

L-istrateġija għandha l-għan ukoll li ssejjes metodu komuni madwar l-UE. Minħabba li l-pajjiżi ma' japplikawx ir-regoli kurrenti b'mod konsistenti, mhuwiex ċar liema regoli japplikaw f'liema ċirkostanzi. Dan jista' jkun ostakolu għan-negozju meta jitwaqqaf il-fluss leġittimu tal-informazzjoni. Taħt il-liġi riveduta, il-kumpaniji multinazzjonali se jkollhom jittrattaw ma' sett wieħed biss ta' regoli.

Għandek sal-15 ta' Jannar biex taqsam l-opinjonijiet tiegħek English dwar l-istrateġija. Il-kummenti se jikkontribwixxu għal-leġiżlazzjoni proposta, li hi mistennija fl-2011.

Aktar tagħrif dwar il-protezzjoni tad-dejta English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli