Mogħdija tan-navigazzjoni

L-għożża tad-drittijiet fundamentali tal-UE - 19/10/2010

Statwa tal-'ġustizzja' quddiem bandiera tal-UE © EU

Strateġija li tiżgura li l-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali - li tirrappreżenta d-drittijiet ċiviċi, personali, ekonomiċi u soċjali - tiġi rispettata fl-Unjoni kollha.

Il-Karta danskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisGaeilgeitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska hija bbażata fuq id-drittijiet universali miġbura fit-tradizzjonijiet kostituzzjonali u legali tal-pajjiżi membri, il-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u ftehimiet internazzjonali oħra tad-drittijiet tal-bniedem.

Tkopri temi li jikkonċernawna lkoll: id-dinjità, il-ġustizzja, il-libertà u l-ugwaljanza. Apparti mid-drittijiet tradizzjonali - bħall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-ħarsien tat-tfal - tinkludi wkoll ideali moderni bħall-protezzjoni tad-dejta u l-bijoetika u l-amministrazzjoni pubblika trasparenti.

L-istrateġija Englishfrançais tal-Kummissjoni għandha l-għan li tiżgura li l-membri tal-unjoni jsegwu l-Karta meta japplikaw il-liġi tal-UE. Jekk xi pajjiż ma jagħmilx dan, il-Kummissjoni tista' tieħu passi legali.

Dawk li jsawru l-politika Ewropea issa se jkollhom lista ta' punti biex jevalwaw kif leġiżlazzjoni proposta tħalli impatt fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini.

Rapporti annwali se jevalwaw il-progress tal-istrateġija u jissorveljaw kif il-pajjiżi qed jirrispettaw il-Karta. Ir-rapporti se jkunu bbażati fuq informazzjoni pprovduta minn NGOs, aġenziji dwar id-drittijiet, istituzzjonijiet tal-UE, qrati u awtoritajiet nazzjonali. L-ewwel rapport għandu joħroġ fir-rebbiegħa tal-2011.

Parti importanti oħra tal-istrateġija hi li tgħin lil nies komuni jifhmu aħjar drittijiethom, inkluż fejn jistgħu jirrikorru għall-għajnuna. Sit ġdid tal-internet - il-'portal tal-Ġustizzja-e" - se jkun l-ewwel post fejn iċ-ċittadini jistgħu jagħmlu lmenti relatati mad-drittijiet tagħhom skont il-liġi tal-UE.

L-għan ġenerali tal-istrateġija hu li din tiżgura li l-liġi tal-UE tfassal kultura ta' drittijiet fundamentali komuni li tkun imħaddna fl-Unjoni kollha.

L-oriġini tal-Karta jmorru lura għas-sena 2000, iżda l-kontenut tagħha sar jorbot legalment biss f'Diċembru 2009, meta daħal fis-seħħ it-Trattat ta' Liżbona.

Aktar dwar drittijietek skont il-liġi tal-UE DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli