Mogħdija tan-navigazzjoni

Skjavitù moderna: l-orruri tat-traffikar - 18/10/2010

Idejn marbutin b'ħabel © iStock/Juanmonino

Rispons effettiv għat-traffikar għadu għan imbiegħed. Hu meħtieġ metodu koordinat tal-UE kontra t-traffikar tal-bnedmin għall-ġlieda kontra dawk li jikkommettu r-reati u għall-protezzjoni tal-vittmi.

It-traffikar tal-bnedmin qed jikber kemm fl-UE u kemm fid-dinja. Rapport Europol English tal-2009 juri li l-espansjoni tal-UE lejn il-Lvant u l-kontrolli mnaqqsa mal-fruntieri interni wasslu għal żieda ta' traffikar kemm bejn il-pajjiżi tal-UE u kemm lejn l-UE minn pajjiżi oħra.

In-nisa u t-tfal, il-vittmi ewlenin tat-traffikar tal-bnedmin, jiġu trasportati bejn il-fruntieri għall-prostitzzjoni jew xogħol furzat. It-tfal jiġu traffikati wkoll biex jiġu sfruttati bħala tallaba jew għal attivitajiet illegali bħal serqiet żgħar.

It-traffikar tal-bnedmin hu negozju li jġib miljuni ta' ewro u jitmexxa l-iktar minn netwerks ta' klikek organizzati. In-numru stimat ta' persuni traffikati lejn jew fi ħdan l-UE jammonta għal bosta mijiet ta' eluf fis-sena.

Il-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin, il-prosekuzzjoni ta' dawk li jikkommettu r-reati u l-għajnuna għall-vittmi huma fil-qalba ta' metodu komuni tal-UE għall-ġlieda kontra din il-forma moderna ta' skjavitù.

Bħala parti mir-raba' Jum Ewropew Kontra t-Traffikar se ssir konferenza DeutschEnglishfrançaisNederlands fi Brussell bejn it-18 u d-19 ta' Ottubru. Din se tirrifletti dwar kif jistgħu jinkisbu dawn l-għanijiet, filwaqt li tqis il-fatt li din hi attività kriminali li diffiċli tiġġieled kontra tagħha. Il-vittmi ta' spiss jibżgħu jaħarbu jew jixhdu fil-qorti.

Biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bniedem, il-kummissjoni qed tipproponi metodu komuni bejn il-fruntieri, kemm internament u kif ukoll internazzjonalment. Fi ħdan l-UE, dan għandu jwassal għal iktar kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija fost l-Istati Membri, flimkien ma' leġiżlazzjoni u sentenzi iktar konsistenti.

Iċ-ċittadini tal-UE jiffaċċaw penali anke jekk jikkommettu reat barra minn pajjiżhom. Dawk li jużaw is-servizzi ta' persuni traffikati jiġu kkastigati wkoll.

Il-vittmi nfushom jirċievu protezzjoni aħjar, assistenza legali u għajnuna. Il-pajjiżi tal-UE jistgħu joħorġu wkoll permessi ta' residenza marbuta mat-tul tal-proċedimenti jekk il-vittmi jikkooperaw mal-investigaturi, iżda din il-prattika għadha mhix użata ħafna.

L-UE qed tieħu wkoll azzjoni fil-livell internazzjonali. Il-kooperazzjoni ma' pajjiżi oħra tara li twaqqaf it-traffikar fis-sors tiegħu, filwaqt li l-fondi tal-UE huma disponibbli għall-prevenzjoni tat-traffikar.

Aktar tagħrif dwar l-azzjoni tal-UE kontra t-traffikar tal-bnedmin English

Aktar tagħrif dwar il-miżuri internazzjonali English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli