Mogħdija tan-navigazzjoni

Niffukaw fuq id-diskriminazzjoni - 29/04/2010

Il-logo tal-premjazzjoni © EU

Kompetizzjoni annwali tal-UE tippremja ġurnaliżmu li joħroġ fid-dieher problemi ta' diskriminazzjoni fl-Ewropa.

Madwar 16% tal-Ewropej li ġew mistoqsija fi stħarriġ DeutschEnglishfrançais reċenti tal-UE qalu li kienu vittmi ta' diskriminazzjoni tal-anqas darba fis-sena li għaddiet. Is-sejbiet jissuġġerixxu li d-diskriminazzjoni hi problema mifruxa u mhijiex limitata għall-gruppi ta' minoranza.

L-UE għandha liġijiet estensivi kontra d-diskriminazzjoni, bl-ewwel leġiżlazzjoni dwar l-ugwaljazza bejn is-sessi fl-1957. Fis-sena 2000 l-UE adottat liġijiet revoluzzjonarji kontra d-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol minħabba r-razza, l-oriġini etnika, it-twemmin, id-diżabilità, l-età u l-orjentazzjoni sesswali. Il-preġudizzju razzjali jew etniku ġie projbit ukoll fl-edukazzjoni, is-sigurtà soċjali, il-kura tas-saħħa u l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi, inkluża l-akkomodazzjoni.

Iżda biex il-liġijiet ikunu effettivi, in-nies iridu jkunu jafu dwar drittijiethom u kif jużawhom. Il-mezzi tax-xandir jistgħu jgħinu jqajmu kuxjenza, u l-premju lill-ġurnalisti jirrikonoxxi lil dawk li jagħmlu proprju dan.

Għas-sitt sena, ġurnalisti mill-UE kollha ssottomettew kampjuni ta' xogħolhom dwar id-diskriminazzjoni lil ġurija f'pajjiżhom. L-istejjer kellhom ikunu ppubblikati f'gazzetti, rivisti jew fuq l-internet. Kull ġurija nazzjonali għażlet l-istorja favorita tagħha, u ħalliet l-aħħar deċiżjoni f'idejn bord indipendenti ta' professjonisti u esperti tal-midja. Ir-rebbieħa English tħabbru llum mill-kummissarju għall-ġustizzja Vivian Reding, li fetħet ukoll il-bidu tal-premjazzjoni ta' din is-sena.

Peress li l-UE sejħet lill-2010 is-sena kontra l-faqar, din id-darba ngħata premju ieħor għall-istorja li uriet l-aħjar rabta bejn il-problemi finanzjarji u d-diskriminazzjoni.

Il-premju lill-ġurnalisti hu biss waħda mill-attivitajiet organizzati bħala parti mill-kampanja kontra d-diskriminazzjoni, li tippromwovi partenarjati u tixrid tal-informazzjoni madwar l-UE. Mit-tnedija tagħha fl-2003, organizzat kompetizzjonijiet għall-aħjar powsters u ritratti, avvenimenti sportivi u konferenzi. Il-metodi tal-kampanja huma diversi, iżda l-għan tagħha hu ċar: li jitqanqal dibattitu dwar id-diskriminazzjoni, u kif kulħadd jista' jgawdi mill-ugwaljanza u d-diversità.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli