Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

Pjan ġdid għal ħames snin għall-kollaborazzjoni bejn il-pajjiżi membri tal-UE dwar l-affarijiet ġudizzjarji u s-sigurtà interna.
Bi 12-il proposta ewlenija, il-pjan jolqot oqsma differenti bħall-kriminalità fuq l-internet, il-kontroll mal-fruntieri, l-asil u l-każijiet ġusti. Il-pjan ilaħħam l-għanijiet politiċi wesgħin stabbiliti fl-aġenda dwar il-liġi u l-ordni adottata mill-mexxejja tal-UE f'Diċembru. B'differenza minn aġendi nazzjonali, l-hekk imsejjaħ programm ta' Stokkolma
, li jibqa' fis-seħħ sal-2014, iħares lejn kwistjonijiet ta' ġustizzja u sigurtà mill-perspettiva ta' 500 miljun Ewropew.
Għalkemm f'dawn l-aħħar deċennji l-pajjiżi tal-UE saħħew il-kooperazzjoni fejn jidħlu l-ġustizzja u s-sigurtà, id-diversità tat-tradizzjonijiet legali fl-unjoni ta' 27 pajjiż ħafna drabi tagħmilha diffiċli għall-Ewropej jgħixu u jaħdmu f'pajjiżi Ewropej li mhumiex tagħhom. Bosta dokumenti ċivili, pereżempju, mhumiex rikonoxxuti meta wieħed jaqsam il-fruntieri.
Il-pjan ![]()
![]()
għandu l-għan li mhux biss inaqqas dan it-tip ta' ostakli imma wkoll irabbi metodu madwar l-UE kollha lejn kwistjonijiet li jmorru lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, bħar-rispons għad-diżastri, l-immigrazzjoni, il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu.
Skont it-tħassib tal-programm ta' Stokkolma dwar il-privatezza f'era ta' tagħrif, il-pjan jitlob għal tiġdid tal-liġijiet tal-ħarsien tad-dejta fl-UE li jmorru lura għall-1995 u għal negozjati mal-Istati Uniti dwar it-tqassim tal-informazzjoni finanzjarja sabiex niġġieldu kontra t-terroriżmu. Jinkludi proposti biex jiġu kriminaliżżati s-serq tal-identità u l-attakki fuq sistemi ta' informazzjoni.
Prijorità oħra hi li ngħollu l-livell tad-drittijiet tal-akkużati waqt il-proċeduri kriminali. Se jiddaħħlu proposti biex jagħtu lill-akkużati aċċess akbar għall-informazzjoni, parir legali u għajnuna. Dan kollu apparti proposta tax-xahar li għadda biex ikunu disponibbli interpreti u tradutturi għall-akkużati (suspettati) li ma jitkellmux l-ilsien użat fil-qorti waqt il-każ tagħhom.
Il-pjan isejjaħ ukoll għall-iżvilupp ta' ordni ta' ħarsien madwar l-UE u regoli komprensivi għad-drittijiet tal-vittmi. Eurojust, netwerk ta' prosekuturi, maġistrati u uffiċjali tal-pulizija li ilha teżisti mill-1999, tingħata l-poter li tniedi l-investigazzjonijiet - mhux biss tikkoopera fihom. U jista' jinħoloq uffiċċju Ewropew tal-prosekuzzjoni pubblika biex jieħu ħsieb l-offiżi kontra l-interessi finanzjarji tal-UE, bħal ngħidu aħna l-frodi fit-taxxa.
Aktar kmieni din is-sena, il-Kummissjoni pproponiet sehem akbar għal Frontex
, l-aġenzija Ewropea tal-kontroll mal-fruntieri. Dan għandu jkun segwit bi proposti għal sistema ta' asil komuni u faċilitajiet awtomatiċi biex wieħed jaqsam il-fruntieri fiż-żona ħielsa mill-passaport ta' Schengen.
Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar il-pjan għall-ġustizzja u s-sigurtà
Politiki tal-UE dwar il-ġustizzja u d-drittijiet taċ-ċittadini