Mogħdija tan-navigazzjoni

Protezzjoni ta' dawk l-aktar vulnerabbli - 29/03/2010

L-UE ssaħħaħ il-ġlieda tagħha kontra t-traffikar ta' persuni umani u kontra minn jinqeda bit-tfal għas-sess.

Il-Kummissjoni talbet li jkun hemm liġijiet eħrex kontra t-traffikkar ta' persuni umani u l-isfruttament sesswali ta' tfal, filwaqt li qalet li l-Ewropa qed titlef il-ġlieda tagħha kontra dawn id-delitti.

Ftit hi l-istatistika li wieħed jista' joqgħod fuqha dwar l-għadd ta' persuni traffikati jew li jinsabu fl-Ewropa, pero dan probabbli jammonta għal madwar diversi mijiet ta' eluf, il-parti l-kbira għal prostituzzjoni jew xogħol ta' servitù. Madankollu fl-2006, l-aktar sena reċenti li għaliha jeżistu ċifri, ma tressqux il-qorti ħlief 1,500 każ kriminali ta' traffikar fl-UE kollha. Minn dawn 3,000 vittma biss ingħataw assistenza.

It-traffikar ta' persuni umani jħalli qligħ kbir, u l-parti l-kbira tat-traffikanti huma kriminali professjonali organizzati. Il-biċċa l-kbira tagħhom jinsabu barra l-UE iżda bħalissa jeżistu netwerks li qed jitrawmu fiha wkoll, b'mod speċjali wara t-tkabbir tagħha lejn il-Lvant.

Il-liġijiet eżistenti għandhom jiġu aġġornati, biex il-pajjiżi tal-UE jitħeġġu jsegwu ċittadini li jagħmlu delitti f'pajjiżi oħra u biex jużaw mezzi aktar aggressivi fl-investigazzjonijiet tal-kriminalità organizzata, bħall-ittappjar tat-telefown.

L-abbozz tar-regoli jitlob li jkun hemm aktar konsistenza dwar kif il-liġi tal-UE tiġi applikata minn pajjiż għal ieħor u biex tingħata aktar protezzjoni u assistenza lill-vittmi. Entitajiet nazzjonali indipendenti għandhom jitwaqqfu biex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni.

Rigward l-isfruttament sesswali ta' tfal, il-Kummissjoni trid li jkun hemm fl-istess waqt pieni eħrex u trattament aktar effettiv għat-trasgressuri.

Il-liġijiet il-ġodda se jżommu 'l bogħod lit-trasgressuri minn attivitajiet li jinvolvu kuntatt mat-tfal. Madwar 20% ta' predaturi sesswali tat-tfal jispiċċaw trasgressuri reċidivi.

Għandhom jiġu żviluppati sistemi li jibblokkaw l-aċċess għall-websajts pornografiċi ta' tfal.

L-istudji juru li bejn 10% u 20% tat-tfal fl-Ewropa se jsofru minn xi forma ta' abbuż sesswali matul żgħorithom. Ċerti tipi ta' abbużi qed jiżdiedu, inklużi websajts apposta għal pornografija tat-tfal.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli