Mogħdija tan-navigazzjoni

Insibu bilanċ bejn il-privatezza u s-sigurtà - 25/03/2010

Skrins tal-kompjuter juru dejta bankarja © SWIFT

L-UE tħejji negozjati ġodda mal-gvern Amerikan dwar it-trasferiment tad-dejta bejn il-banek bil-għan li nissieltu kontra t-terroriżmu.

Il-Kummissjoni qed titlob lill-mexxejja tal-UE jawtorizzaw taħdidiet ġodda wara li l-parlament ċaħad il-ftehim hekk imsejjaħ SWIFT fost tħassib li dan kien ta' theddid għall-privatezza. Il-Membri tal-Parlament Ewropew esprimew ukoll ix-xewqa li jkunu kkonsultati aktar waqt il-proċess ta' negozjar.

Cecilia Malmström, il-Kummissarju l-ġdid għall-affarijiet interni, qalet li se tinsisti għal sikurezza aktar qawwija fejn tidħol il-privatezza u li se tiżgura li l-parlament jiġi infurmat dwar kull pass tat-taħdidiet.

Il-ftehim futur DeutschEnglishfrançaissvenska għandu jkun wieħed reċiproku sabiex l-Istati Uniti jkollhom jipprovdu dejta bankarja simili jekk l-UE tiddeċiedi toħloq programm dwar ir-rintraċċar tal-finanzjament ta' gruppi terroristiċi.

"It-Terroriżmu għadu wieħed mill-ikbar theddid li s-sigurtà tal-UE tħabbat wiċċha magħhom u rridu nistabilixxu strumenti xierqa, li jippermettu għal kooperazzjoni internazzjonali effettiva," qalet il-Kummissarju.

Is-Soċjetà għat-Telekomunikazzjoni Finanzjarja Interbankarja Dinjija (SWIFT jew Society for Worldwide Interbank Financial Telecommunication), netwerk ta' messaġġi utilizzat minn madwar 8,000 bank u istituzzjoni finanzjarja madwar id-dinja. Il-bażi tad-dejta SWIFT taħżen miljuni ta' trasferimenti internazzjonali bankarji kuljum.

L-Istati Uniti jużaw informazzjoni maħżuna fil-bażi tad-dejta biex jirrintraċċaw lil dawk issuspettati bit-terroriżmu permezz tal-finanzi tagħhom. Id-dejta tista' tinkludi tagħrif bħall-isem, indirizz u numri tal-ID nazzjonali ta' persuni fuq iż-żewġ naħat tat-tranżazzjoni finanzjarja.

Sa dan l-aħħar, SWIFT kellha s-servers tad-dejta tagħhom fl-Istati Uniti fejn kienu taħt il-ġuriżdizzjoni Amerikana. Iżda lejn l-aħħar tas-sena l-oħra, is-servers li jkopru t-tranżazzjonijiet Ewropej ġew trasportati lejn l-Ewropa. Dan ġiegħel lill-Istati Uniti jitolbu l-kunsens tal-Ewropa biex ikomplu jaċċessaw id-dejta.

Il-Kummissjoni kkwotat tħassib dwar is-sikurezza fin-nuqqas ta' ftehim u issa se tipprova tlesti n-negozjati fis-sajf li ġej.

It-tagħrif miġbur mid-dejta għen lill-investigaturi Ewropej jirrintraċċaw persuni suspettati fil-komplott immexxi mill-al-Qaeda biex jisplodu ajruplani bejn l-UE u l-Istati Uniti.

Id-dejta għenet ukoll fl-identifikazzjoni ta' tranżazzjonijiet finanzjarji li kienu jinvolvu suspettat fl-Ewropa f'komplott allegat li jattakka ajruplan kmieni s-sena l-oħra.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli