Mogħdija tan-navigazzjoni

Iktar ċertezza legali għaż-żwiġijiet imħallta - 24/03/2010

Raġel b'arma fuq spalla ta' mara, mexjin f'folla © EU

Regoli ġodda f'10 pajjiżi tal-UE jippermettu lill-koppji internazzjonali jagħżlu liema liġi nazzjonali tapplika għad-divorzju tagħhom.

Madwar miljun koppja fis-sena jitolbu d-divorzju fl-UE. Iżda mhuwiex dejjem ċar liema liġi nazzjonali tapplika f'każ ta' divorzju, ngħidu aħna jekk l-imsieħba jkunu minn pajjiżi differenti. Jew jekk ikunu mill-istess pajjiż iżda jgħixu f'pajjiż ieħor jew 'l bogħod minn xulxin f'pajjiżi differenti. Dan jista' jkun ikkumplikat ħafna.

B'kollox il-"koppji internazzjonali" jikkostitwixxu 13% tad-divorzji fl-UE - l-istess sehem bħaż-żwiġijiet. Għal dawn il-koppji, il-biċċa uġigħ ta' ras kbira biex iħollu ż-żwieġ tagħhom hu ħafna drabi aggravat bid-differenzi fil-liġijiet tad-divorzju nazzjonali. Dan tistennih fi blokk ta' 27 nazzjon b'kultura u storja differenti.

Ir-regoli l-ġodda DeutschEnglishfrançais , li se japplikaw f'10 pajjżi tal-UE biss, se jippermettu lill-koppji internazzjonali li jagħżlu liema liġi nazzjonali għandha tapplika għad-divorzju tagħhom biex jevitaw sistemi legali li mhumiex familjari magħhom jew li huma diffiċli biex jifhmuhom.

Ħafna pajjiżi tal-UE diġà jippermettu lill-koppji internazzjonali jiddivorzjaw skont il-liġijiet ta' pajjiż ieħor. Il-problema hi li pajjiżi differenti għandhom regoli differenti biex jiddeċiedu liema liġi tapplika. L-inċertezza ħafna drabi twassal għal proċedimenti tad-divorzju twal u għaljin, li jtawwlu din il-prova iebsa kemm għall-adulti u kemm għat-tfal.

Ir-regoli l-ġodda jiċċaraw ukoll liema liġi tapplika f'każijiet meta l-koppja ma jirnexxilhiex tiftiehem dwar liema sistema legali għandha tintuża. L-għan hu li l-konjuġi ma jiħdux vantaġġ mil-liġijiet f'pajjiż speċifiku biex iqiegħdu lill-parti l-oħra fi żvantaġġ inġust fil-proċedimenti tad-divorzju.

Fl-2006 kienu diġà tressqu proposti simili, iżda ma kienx intlaħaq ftehim unanimu mill-gvernijiet kollha tal-UE. Issa 10 pajjiżi se jieħdu l-pass waħedhom wara li ntużat għall-ewwel darba l-proċedura tal-kooperazzjoni msaħħa.

Introdotta fl-1999, din il-proċedura tippermetti lil grupp kbir ta' pajjiżi jadottaw liġijiet li japplikaw għalihom biss - mhux għall-UE kollha kemm hi. Viviane Reding, il-kummissarju għall-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali, qed tintroduċi l-leġiżlazzjoni f'isem l-Awstrija, il-Bulgarija, Franza, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Lussemburgu, ir-Rumanija, is-Slovenja u Spanja.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli