Mogħdija tan-navigazzjoni

112 - il-linja tal-ħajja tal-Ewropa - 11/02/2010

Bosta Ewropej għadhom ma jafux li jistgħu jċemplu l-112 kullimkien fl-Ewropa biex jikkuntattjaw il-pulizija, is-servizz tat-tifi tan-nar jew ambulanza.

X'numru tista' ċċempel għas-servizzi tal-emerġenza kullimkien fl-UE? Stħarriġ reċenti juri li 24% biss tal-Ewropej jafu t-tweġiba - il-112 DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski - wara kważi għoxrin sena li ddaħħal in-numru.

Fir-Repubblika Ċeka, il-Lussemburgu, il-Polonja, is-Slovakkja u l-Finlandja, iktar minn 50% ta' dawk li wieġbu kienu jafu bin-numru 112. Iżda fl-Italja, il-Greċja u r-Renju Unit, 10% biss wieġbu tajjeb għall-mistoqsija.

L-istħarriġ ikkummissjonat mill-UE juri wkoll li ħafna mill-Ewropej huma favur numru uniku tal-UE għall-emerġenza iżda jħossu li ma sarx biżżejjed biex in-nies isiru konxji dwaru.

Bħala respons għas-sejbiet, il-Kummissjoni kitbet lill-pajjiżi tal-UE biex tħeġġiġhom jippromwovu iktar in-numru, għax dan jista' jsalva l-ħajjiet u jnaqqas il-korrimenti gravi. In-numru diġà jinsab fid-direttorji u jidher fuq il-vetturi tal-emerġenza f'ħafna mill-pajjiżi.

L-istħarriġ kien ippubblikat fil-11 ta' Frar - il-"jum tal-112" fl-Ewropa. Xi pajjiżi organizzaw avvenimenti biex iqajmu l-kuxjenza tal-hotline. Fir-Rumanija, il-kantanta u attriċi Monica Anghel intgħażlet bħala "ambaxxatriċi tal-112", rwol li jinkludi żjarat fl-iskejjel.

Wieħed minn erba' ċittadini tal-UE ċempel numru ta' emerġenza f'dawn l-aħħar ħames snin. Madwar nofshom użaw numri ta' emerġenza nazzjonali li jeżistu flimkien mal-112. Iżda n-numru ta' dawk li jċemplu l-112 issa żdied.

Il-lingwa għadha ostaklu. Wieħed minn għaxra li ċemplu l-112 ilmentaw li kellhom problema ta' komunikazzjoni mal-operatur. F'ħafna mill-każijiet is-sejħiet ġew trattati fil-lingwa tal-pajjiż li kienu qed iżuru. L-operaturi kollha tal-112 huma meħtieġa li jitkellmu l-Ingliż.

Il-linja hi bla ħlas u taħdem minn kwalunkwe telefown - fiss jew mobbli. Tippermetti lin-nies li jkunu f'kuntatt ma' operatur li jwissi lis-servizz adegwat - pulizija, tifi tan-nar jew ambulanza.

Aktar dwar il-112 f'pajjiżek DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski

Ir-rokna tat-tfal dwar il-112

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli