Mogħdija tan-navigazzjoni

Użu tajjeb għall-assi tal-mafja kkonfiskati - 02/12/2009

Triq żdingata bin-nies u l-karozzi ©EC

L-UE tappoġġa l-iżvilupp tan-naħa t'isfel tal-Italja billi tipprovdi finanzjament biex proprjetà li kienet tal-mafja tiġi kkonvertita f'ċentri għall-edukazzjoni u għan-negozju.

Kif tikkastiga lil xi ħadd li huwa responsabbli għal aktar minn 100 assassinju? U kif tibda tiġġieled kontra ċ-ċiklu ta' faqar u disprament ikkawżat minn snin ta' vjolenza u intimidazzjoni mafjuża? Apparti milli tefgħet lill-kap mafjuż Giovanni Brusca għal għomru l-ħabs, il-pulizija Taljana kkofiskat kull ma kellu.

Sentezi ta' għomor fil-ħabs jistgħu joffru xi konsolazzjoni għall-vittmi tal-mafja, iżda ma jsolvux il-problemi ta' qgħad u faqar li ppermettew lill-kriminali jsiru daqstant setgħana. Il-kriminalità organizzata hija ostaklu ewlieni għall-iżvilupp ekonomiku fin-naħa t'isfel tal-Mezzogiorno fl-Italja. Ir-raġuni hi li din ixxekkel il-produttività u tgerrex l-investituri.

L-UE għenet lill-awtoritajiet Taljani jittrasformaw 50 proprjetà kkonfiskata f'ċentri edukattivi jew ta' turiżmu agrikolu jew negozju ieħor - biex tgħin fil-ħolqien ta' impjiegi ġodda u tagħti liż-żgħażagħ il-possibbiltà għal ħajja bla kriminalità.

Il-proġetti jibagħtu messaġġ ċar lin-nies tar-reġjun - huwa possibbli tiġġieled kontra l-mafja u tibni negozju b'suċċess u legali.

F'Palermo, l-UE kkofinanzjat ukoll ħidma biex art li kienet ta' Giovanni Brusca tidbiddel f'lokalità għal-logħob tat-tfal u ġnien li jfakkar il-vittmi żgħażagħ tal-mafja. Vittmi żgħażagħ bħal Giuseppe Di Matteo, li nżamm maqbud għal aktar minn sentejn, u mbagħad safa fgat qabel ma ġismu ddewweb fl-aċtu.

F'Casalesi (Campania), ċentru taż-żgħażagħ li jipprovi attivitajiet edukattivi u ta' rekreazzjoni u l-kwartieri ġodda tal-pulizija tal-lokal inbnew fuq art li kienet ikkonfiskata minn Giorgio Marano, eks kap tal-grupp kriminali tal-Camorra.

Kull flixkun inbid prodott mill-kumpanija "Centopassi" huwa ddedikat għal vittma tal-mafja. L-art ġiet ikkonfiskata mill-pussess ta' Giovanni Genovese, li ntbagħat il-ħabs fl-2007 għal estorzjoni u attivitajiet kriminali oħra.

B'kollox, l-UE warrbet €64m għall-konverżjoni tal-artijiet u proprjetà oħra li kienu tal-mafja taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) fl-2007-13. Tliet kwarti minn dawn il-flus se jmorru lejn is-sigurtà ta' programm ta' żvilupp f'erba' reġjuni fin-Nofsinhar tal-Italja li huma l-Calabria, Campania, Ampulia u Sqallija.

L-Italja hija t-tielet l-akbar benefiċjarja tal-finanzjament mill-UE għal proġetti ta' żvilupp reġjonali wara l-Polonja u Spanja. Bejn l-2007 u l-2013, l-Italja għandha tieħu €28.8 biljun li minnhom €21.9 biljun jiġu mill-ERDF u €6.9 biljun mill-fond soċjali Ewropew.

Aktar dwar l-azzjoni tal-UE kontra l-kriminalità organizzata DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli