Mogħdija tan-navigazzjoni

Ħarsa lejn il-lobbying tal-UE - 28/10/2009

Lobbyists fil-Parlament tal-UE © Reporters

Rapport: Ir-reġistru tal-gruppi ta' interess biddel l-Ambjent tan-negozju.

Bħala parti minn sforz mifrux biex it-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE jsir aktar trasparenti, il-Kummissjoni nediet reġistru fl-2008 li jelenka r-rappreżentanti ta' interess - terminu ġeneriku għall-gruppi kollha li jippruvaw jinfluwenzaw il-politika.

L-ewwel evalwazzjoni annwali tal-iskema volontarja Deutscheesti keelEnglishfrançais skopriet li l-għadd ta' organizzazzjonijiet u individwi reġistrati wasal għal 2,100 u għadu qed jiżdied. Il-fatt li ħafna mill-irreġistrati huma għaqdiet, mhux individwi, huwa inkoraġġanti.

Ir-rapport jinnota li xi wħud minn dawk li jaqblu mal-isforzi li jirregolaw lil-lobbyists iridu li r-reġistrazzjoni tkun obbligatorja. Imma jkompli li dan il-pass mhuwiex meħtieġ meta wieħed iqis ir-rata għolja ta' parteċipazzjoni s'issa.

Fid-Disgħinijiet bosta funzjonijiet regolatorji ġew trasferiti gradwalment minn pajjiżi individwali tal-UE lejn l-istituzzjonijiet tal-UE. Magħhom waslu għadd kbir ta' lobbyists. Sas-sena 2000, kien stmat li 2,600 "grupp ta' interess" kienu bbażaw ruħhom fi Brussell.

Il-Kummissarju Siim Kallas qal li r-reġistru biddel il-kultura tan-negozju tal-Kummissjoni. L-uffiċjali tal-UE issa jaħsbuha sew qabel ma jiltaqgħu ma rappreżentanti ta' interess li ma jkunux irreġistrati. U xi sezzjonijiet tal-UE neħħew l-għaqdiet mhux irreġistrati mill-arkivji elettroniċi tagħhom jew ħadu xi passi simili.

Iżda mhux kulħadd huwa kuntent dwar ir-reġistru. Ħafna ditti legali u gruppi ta' riflessjoni (think tanks) ibbojkottjawh. L-avukati huma inkwetati li jikser ir-regoli tagħhom dwar il-konfidenzjalità tal-klijent, mentri l-gruppi ta' riflessjoni jinsistu li l-attivitajiet tagħhom ma jgħoddux bħala lobbying. Il-Kummissjoni tispera li ssolvi dawn il-kwistjonijiet billi tikkjarifika l-lingwa tar-reġistru u toħloq kategorija separata għall-gruppi ta' riflessjoni. Apparti minn hekk, bi ħsiebha tirrevedi wkoll ir-regoli tal-iżvelar finanzjarju biex ittejjeb it-trasparenza.

Dawk li jirreġistraw iridu jindikaw kemm jonfqu fl-isforzi tagħhom u jwiegħdu li jimxu skont il-kodiċi ta' kondotta li tmexxi l-iskambji tagħhom mal-ħaddiema tal-Kummissjoni. S'issa tressqu biss 10 ilmenti, u wieħed minnhom biss irriżulta f'punizzjoni - sospensjoni temporanja mir-reġistru.

Il-Kummissjoni issa qed tippjana li twaqqaf reġistru konġunt mal-Parlament. Iż-żewġ istituzzjonijiet diġa' nedew paġna web bejniethom għall-aċċess tar-reġistri rispettivi tagħhom.

Ara r-reġistru għal rappreżentanti ta' interessi

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli