Mogħdija tan-navigazzjoni

Kenn: standards komuni u iktar effiċjenza - 21/10/2009

Persuni jfittxu l-kenn fi kju © EC

Proposta għal regoli ġodda biex tieqaf "il-lotterija għall-kenn" Ewropea.

L-UE qed toħloq regoli ġodda dwar min hu intitolat għall-kenn u kif il-pajjiżi jaslu għal din id-deċiżjoni.

L-għan hu li jiġi garantit livell ogħla ta' protezzjoni għall-vittmi ta' persekuzzjoni, tiġi evitata l-frodi u jkun hemm applikazzjoni ugwali tal-liġijiet madwar l-UE. Bħalissa jeżistu differenzi kbar fir-rati ta' aċċettazzjoni nazzjonali għall-applikazzjonijiet tar-refuġjati.

It-talba għall-kenn fl-Ewropa ħafna drabi titqabbel ma' lotterija - ħlief li l-imħatra hi ferm ikbar. Dawk li ma jirnexxielhomx jiksbu l-kenn jintbagħtu lura u jaf isibu ruħhom persegwitati iktar f'pajjiżhom.

Minkejja l-isforzi tal-UE f'dawn l-aħħar għaxar snin biex il-proċeduri tal-kenn politiku jiġu standardizzati, iċ-ċans li t-talba ta' persuna tintlaqa' għadu jvarja ħafna, skont liema pajjiż jipproċessa t-talba.

Iċ-ċifri juru li Ċeċen, ngħidu aħna, għandu ċans kbir li jingħata l-istatus ta' refuġjat f'xi pajjiżi iżda l-ebda ċans f'xi pajjiżi oħra. L-istess jista' jingħad għall-Iraqqini.

Dan jispjega għalfejn ħafna mir-refuġjati jivvjaġġaw fl-Ewropa biex jaslu f'pajjiż fejn għandhom ċans ikbar li jingħataw ir-residenza. Dan iċ-ċaqliq bejn il-fruntieri, magħruf bħala asylum shopping (xiri tal-ażil), hu illegali Dawk li jfittxu l-ażil għandhom jitfgħu l-applikazzjoni tagħhom fl-ewwel pajjiż tal-UE li jaslu fih.

Il-liġijiet eżistenti tal-UE jagħtu wisq libertà lill-pajjiżi tal-UE. Ir-regoli proposti mill-Kummissjoni jillimitaw l-interpretazzjoni tal-liġijiet u jħaffu l-proċess ta' eżami. Il-pajjiżi tal-UE jridu jagħlqu l-proċeduri fi żmien sitt xhur mill-applikazzjoni.

Ir-refuġjati huma identifikati bħala persuni li jaħarbu minn persekuzzjoni reliġjuża, etnika jew politika. Taħt il-liġi internazzjonali għandhom dritt għall-protezzjoni, anke jekk jidħlu fl-UE b'mod illegali.

L-UE hi destinazzjoni ewlenija għal dawk li jfittxu l-ażil, bi kważi 240,000 applikazzjoni rreġistrati fl-2008. Ittieħdu deċiżjonijiet għal 193,690 talba ġdida, li 73% minnhom ġew rifjutati.

Ħafna mill-applikanti kienu mill-Iraq, ir-Russja, is-Somalja, is-Serbja u l-Afganistan, f'din l-ordni.

Franza għandha l-iktar applikanti (41,800), segwita mir-Renju Unit, il-Ġermanja, l-Iżvezja, il-Greċja, il-Belġju u l-Olanda. Malta u Ċipru kellhom l-ogħla numru ta' applikanti għal kull resident.

Il-proposti issa se jgħaddu mill-kunsill u l-parlament għall-kummenti u l-approvazzjoni.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli