Mogħdija tan-navigazzjoni

Ħajja ġdida għar-refuġjati - 02/09/2009

Refuġjati Iraqini fis-Sirja jgħollu l-applikazzjonijiet għal issetiljar mill-ġdid biex juru l-qagħda mwiergħa tagħhom ©KE

Proposta għall-programm biex jiġi kkoordinat l-issetiljar mill-ġdid ta' refuġjati fil-livell tal-UE.

Miljuni ta' persuni madwar id-dinja ħarbu minn djarhom minħabba l-gwerra jew il-biża' ta' persekuzzjoni. Il-biċċa l-kbira fittxew kenn f'pajjiżi ġirien li għadhom qed jiżviluppaw - pereżempju l-Pakistan u s-Sirja flimkien għandhom madwar 3 miljuni.

Wħud mir-refuġjati ma jistgħux imorru lura lejn pajjiżhom jew mhumiex lesti li jagħmlu dan minħabba li jkollhom jiffaċċjaw persekuzzjoni kontinwa. Ħafna qed jgħixu f'sitwazzjonijiet ta' periklu jew għandhom bżonnijiet speċifiċi li ma jistgħux jiġu indirizzati fil-pajjiż li fih fittxew protezzjoni. F'każijiet bħal dawn, is-soluzzjoni ta' spiss tkun l-issetiljar mill-ġdid – it-trasferiment ta' refuġjati għal pajjiż ta' kenn ieħor.

L-aġenzija għar-refuġjati tan-NU tikkalkula li 747,000 refuġjat jinħtiġilhom li jiġu ssetiljati mill-ġdid. Madankollu anqas minn 66,000 sabu dar ġdida fl-2008, u minn dawn 4,378 biss kienu ssetiljati mill-ġdid fl-UE. Dan hu ferm anqas minn partijiet oħra tad-dinja żviluppata, b'mod partikulari tal-Istati Uniti, il-Kanada u l-Awstralja.

Din il-proposta English, għandha l-għan li ssaħħaħ it-tweġiba tal-Ewropa għall-issetiljar - u biex jitnaqqas l-għadd ta' refuġjati li jissograw ħajjiethom biex jaslu illegalment fix-xtut Ewropej.

Attwalment 10 pajjiżi biss mill-UE għandhom id-drawa li jissetiljaw refuġjati minn barra l-UE, u ta' spiss dan jagħmluh bi ftit konsultazzjoni jew koordinazzjoni fosthom. Il-pjan isejjaħ għall-ħolqien ta' programm volontarju biex titrawwem kooperazzjoni politika u prattika.

Il-programm tfassal biex l-affarijiet ikunu eħfef u biex jagħmel l-infiq aktar effettiv għall-pajjiżi li jieħdu r-refuġjati. Hu għandu wkoll isaħħaħ l-impatt umanitarju u politiku tal-isforzi nazzjonali ta' ssetiljar mill-ġdid. Biex tiġi inkuraġġita l-parteċipazzjoni, il-pajjjiżi se jirċievu €4,000 għal kull refuġjat rilokat skont il-programm.

Skont il-programm, għandu jitwaqqaf grupp ta' esperti biex jidentifika gruppi ta' refuġjati li għandhom jingħataw prijorità, pereżempju r-refuġjati Iraqini fis-Sirja u l-Ġordan jew ir-refuġjati Sudaniżi fiċ-Ċad. L-uffiċċju ġdid Ewropew ta' appoġġ għall-kenn se jgħin il-pajjiżi jwettqu flimkien attivitajiet bħall-għażla u l-missjonijiet għas-sejba ta' fatti.

Il-proposta tikkonċerna biss lir-refuġjati li jiġu minn barra l-UE. Il-pajjiżi għandhom iżommu d-dritt li jiddeċiedu liema u kemm refuġjati għandhom jaċċettaw.

 

Aspetti barranin tal-politika ta' kenn tal-UE DeutschEnglishfrançais

Aktar dwar is-sistema ta' kenn DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli