Mogħdija tan-navigazzjoni

Għajxien fl-UE barra minn Malta - 02/07/2009

Bagalja fuq mapep tal-Ewropa ©EC

Ċerti pajjiżi tal-UE qed jagħmluha diffiċli biex ċittadini oħra tal-UE jiksbu permessi ta' residenza.

Madwar 8 miljun Ewropew jgħix u jaħdem f'pajjiżi tal-UE barra minn pajjiżhom u b'hekk jeżerċitaw wieħed mid-drittijiet fundamentali tagħhom bħala ċittadini tal-UE. Iżda dan mhux dejjem faċli.

Biex jikkontrollaw ż-żwieġ falz u abbużi oħra fid-drittijiet tar-residenza tal-UE, xi pajjiżi għamlu kundizzjonijiet fuq il-permessi li nstabu qed jiksru l-liġi tal-UE.

Fost ilmenti li l-liġi hija mħawda, il-Kummissjoni dan l-aħħar ippubblikat linji gwida English li jispjegaw b'mod ċar id-drittjiet ta' residenza.

Xi wħud mill-aktar vjolazzjonijiet komuni jikkonċernaw nies minn barra l-UE li, permezz ta' żwieġ ma' Ewropej, għandhom id-dritt ukoll li jgħixu u jaħdmu liberament fl-UE.

Sa dan l-aħħar, ħafna pajjiżi kienu jirrekjedu li dawk il-barranin li huma miżżewġin ma' ċittadini tal-UE ikollhom id-drittjiet ta' residenza fi stati Ewropew ieħor qabel ma jkunu jistgħu jiksbu permess għall-pajjiżi il-ġdid. Dan kien jagħmilha aktar faċli għall-pajjiżi li jiddeportaw lil dawk issuspettati li żżewġu biex jidħlu fl-UE. Iżada s-sena l-oħra għaddiet liġi meta l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja sabet li r-rekwiżid jikser id-drittijiet ta' dawn il-konjugi.

Kien hemm ukoll ilmenti li xi pajjiżi jġiegħlu liċ-ċittadini tal-UE jibgħatu dokumenti mhux neċessarji meta japplikaw għal residenza.

Il-linji gwida l-ġodda jassertixxu li l-pajjiżi tal-UE jistgħu jirrekjedu li konjugi minn barra l-UE ikollhom viża. Iżda jgħidu wkoll li l-awtoritajiet nazzjonali jridu jipprovdu l-konjugi b'viża. Il-pajjiżi tal-Unjoni jistgħu jinvestigaw żwieġ li jkun hemm suspett li hu falz, imma abbażi sett ta' kriterji preċiżi. U jridu jiżguraw li jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi kollha ta' kull każ.

Persuni jistgħu jkunu deportati jekk jippreżentaw theddid għall-"interessi fundamentali" tal-pajjiż. Il-moviment ħieles jista' jkun ristrett ukoll għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika.

Is-sena l-oħra l-UE rrevediet il-kompatibilità mad-direttiva tal-2004 dwar il-moviment ħieles u sabet li ħafna liġijiet nazzjonali li jittrasponu l-liġi kienu żbaljati għall-aħħar. Lanqas pajjiż wieħed biss ma kien irnexxilu jittrasponi l-liġi tal-UE kompletament, effettivament u preċiżament.

Il-moviment ħieles fl-UE - dritt fundamentali English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli