Mogħdija tan-navigazzjoni

Nevitaw biża' ġdid - 24/06/2009

Arti elettronika konċettwali ta' envelop miftuħ bi spori ħerġin minnu. Dan jirrappreżenta l-użu ta' patoġeni bijoloġiċi fit-terroriżmu ©Reporters

L-UE titlob azzjoni preventiva kontra r-riskju dejjem jiżdied ta' attakki terroristiċi li jagħmlu użu minn armi kimiċi, bijoloġiċi u nukleari.

S'issa, il-maġġoranza assoluta tal-attakki terroristiċi madwar id-dinja involvew splussivi u pistoli. Iżda tagħrif reċenti qed jissuġġerixxi li l-gruppi terroristiċi qed jaħsbu li jużaw armi ġodda li kapaċi jikkawżaw ħsara akbar.

Il-Kummissjoni introduċiet pjanijiet li jsaħħu s-sigurtà madwar materjali ta' dan it-tip u jħaffu t-twissija fil-każ ta' attakk.

It-theddid kiber fl-istess ħin mal-avvanzi fit-teknoloġija tal-armi u ż-żieda fl-użu tal-materjali kimiċi, bijoloġiċi u nukleari għal għanijiet leġittimi.

"Għalkemm fortunatament l-Ewropa ma ratx attakk fuq skala kbira li juża dawn il-materjali, is-serjetà tal-konsegwenzi potenzjali għas-soċjetajiet tagħna hija waħda fejn ma nistgħux norqdu," qal Jacques Barrot, il-Kummissarju tal-ġustizzja.

L-armi mhux konvenzjonali jistgħu joqtlu jew iweġġgħu għadd kbir ta' nies u jikkawżaw straġi ekonomika u paniku kbir.

L-impenn tal-Ewropa lejn id-drittijiet ċivili u l-fruntieri miftuħa jżidu r-riskju ta' attakk, peress li jillimita l-abilità tal-gvernijiet milli jikkontrollaw il-moviment tan-nies.

Il-pjan ta' tliet snin, li huwa bbażat fuq ir-rakkomandazzjonijiet grupp ta' esperti mqabbda mill-UE, jelenka 'l fuq minn 130 miżura biex jevita li materjali perikolużi jispiċċaw għand min mhux suppost u biex inkunu lesti jekk jiġri dan.

B'mod partikolari, il-pjan jitlob titjib fis-sistemi ta' skoperta madwar l-Ewropa u strumenti ġodda biex isalvaw il-ħajja u jnaqqsu d-dannu jekk ikun hemm attakk jew inċident.

Il-pjan tal-UE huwa maħsub biex jappoġġa l-gvernijiet nazzjonali, li jġorru r-responsabbiltà ewlenija għas-sigurtà. Il-Kummissjoni qed tipproponi li jintużaw €100 miljun minn fondi li diġà jeżistu għall-implimentazzjoni fil-perjodu bejn l-2010 u l-2013.

Aktar dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu fl-Ewropa English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli