Mogħdija tan-navigazzjoni

Libertà, ġustizzja, sigurtà: att ta’ bilanċ - 10/06/2009

Statwa ta' mara iżżomm il-miżien tal-ġustizzja quddiem bandiera tal-UE © EC

Kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-pajjiżi tal-UE dwar l-aġenda għall-ġustizzja u l-affarijiet interni.

It-terroriżmu, is-sigurtà ċibernetika, il-kriminalità organizzata u l-kontroll fuq il-fruntiera huma fost il-kwistjonijiet imqajma fid-dokument il-ġdid tal-Kummissjoni English li jiftaħ id-dibattitu fuq l-aġenda tal-UE dwar il-liġi u l-ordni għall-ħames snin li jmiss. Il-‘Programm ta' Stokkolma’ se jieħu post il- ‘Programm tal-Aja’ English, li se jiskadi f'Diċembru.

Dan jagħti attenzjoni partikolari lill-immigrazzjoni. Il-Kummissjoni qed tħeġġeġ lill-pajjiżi tal-UE biex jadottaw strateġija komuni sabiex ikunu jistgħu jikkontrollaw il-fruntieri tagħhom u jilħqu l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed titlob biex jiġi żgurat li l-immigranti jkollhom drittijiet indaqs madwar l-UE u jkun hemm monitoraġġ aktar mill-qrib tat-tendenzi ta' migrazzjoni u dawk relatati max-xogħol.

Minbarra t-tisħiħ tal-kooperazzjoni fi ħdan il-fruntieri tagħha, l-UE għandha taħdem id f'id mal-pajjiżi li mhumiex membri tal-UE fir-rigward il-kontroll tal-flussi ta' migrazzjoni. Għandha ssegwi l-politika tagħha li tistipula t-twaqqif u -tkeċċija tal-immigranti illegali, filwaqt li tħeġġihom jirritornaw volontarjament lejn pajjiżhom. Huwa stmat li l-UE għandha 8 miljun immigrant illegali.

Il-Kummissjoni temmen ukoll li l-Frontex English għandu jkollha rwol aktar prominenti. Frontex hija l-aġenzija Ewropea għall-kontroll tal-fruntieri esterni u sistema ta' sorveljanza li tikkontrolla l-fruntieri. L-UE għandha madwar 1,800 post ta' qsim tal-fruntiera esterna b'kontrolli.

Hemm il-ħsieb għall-ħolqien ta' proċedura unika għall-ażil, biex ittaffi l-piż fuq il-pajjiżi fil-fruntieri, kif ukoll sistema volontarja biex ir-refjuġjati jitqassmu b'mod bilanċjat fost il-pajjiżi tal-UE. Il-Greċja, l-Italja, Malta u Spanja huma fost il-pajjiżi li qed jitħabtu biex ilaħħqu mal-immigranti li qed jilħqu x-xtut tagħhom.

Dwar is-sigurtà ċibernetika, l-UE għandu jkollha sistema unika għall-ħarsien tad-data personali. Din tinkludi ċ-ċertifikazzjoni Ewropea għat-tekonoloġija, il-prodotti u s-servizzi li jipproteġu l-privatezza.

Hemm pjanijiet għall-iżvilupp ta' strateġija għal madwar l-UE għas-sigurtà interna u l-ħolqien ta' fond għall-finanzjament tal-ħidma. L-UE għandha żżid ir-riċerka dwar il-metodi ta' sigurtà u appoġġ lejn il-pajjiżi membri fl-isforzi biex ittejjeb is-sistemi tagħhom tal-ġustizzja.

Biex issaħħaħ il-kooperazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi, l-UE trid toħloq programm ta' skambju għall-professjonistii fil-qasam tal-pulizija u legali.

Fix-xhur li ġejjin, il-Kunsill u l-Parlament se jiddiskutu il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-programm il-ġdid li għandu jiġi approvat sal-aħħar ta' din is-sena.

 

Aktar dwar il-politika komuni tal-immigrazzjoni tal-UE DeutschEnglishfrançais.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli