Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE tqawwi l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-abbuż fuq it-tfal - 25/03/2009

Liġijiet ġodda kontra kriminalitajiet terribbli biex jipproteġu l-aktar nies vulnerabbli.

Il-Kummissjoni qed titlob liġijiet aktar stretti dwar it-traffikar tal-bnedmin u l-abbużi sesswali fuq it-tfal. Din tenniet li l-isforzi attwali għall-ġlieda kontra dawn il-kriminalitajiet ma jirriflettux id-dimensjoni u s-serjetà tagħhom.

Kull sena huwa stmat li madwar id-dinja jiġu traffikati 1.2 miljun persuna. Ir-raġunijiet prinċipali huma x-xogħol bl-irħis u servizzi sesswali. Il-biċċa l-kbira jkunu nisa u bniet.

Ftit li xejn teżisti statistika fattibbli dwar in-numru ta' persuni traffikati lejn u fl-Ewropa. Madankollu, aktarx wieħed għandu jsib mijiet ta' eluf. Minkejja dan kollu, fl-2006, l-aħħar sena li fiha nħarġet statistika, il-prosekuturi ressqu quddiem il-qorti 1,500 każ ta' traffikar kriminali biss. 3,000 vittma biss kellhom assistenza.

It-traffikar tal-bnedmin jirrendi profitt kbir u bosta mit-traffikanti huma professjonisti jew kriminali organizzati. Il-biċċa l-kbira huma lokalizzati barra mill-UE, iżda bħalissa hemm netwerks fi ħdanha wkoll, speċjalment meta seħħ it-tkabbir tal-UE lejn il-Lvant.

Skont it- tibdil propostmill-Kummissjoni, il-pajjiżi tal-UE qed jiġu mħeġġa biex iħarku ċittadini tal-UE għal kriminalità li għamlu f'pajjiżi oħra u biex jutilizzaw metodi investigattivi użati għal tipi oħra ta' kriminalità organizzata, bħall-interċettazzjoni tat-telefown u identifikar ta' movimenti ta' flus għal attivitajiet kriminali.

Il-proposta titlob għal għodod leġiżlattivi aħjar biex it-traffikanti jiġu penalizzati, filwaqt li l-vittmi jiġu mħarsa u assistiti aktar. Entitajiet nazzjonali indipendenti għandhom jiġu stabbiliti biex jissorveljaw l-implimentazzjoni.

Il-Kummissjoni rrevediet ukoll il-leġiżlazzjoni kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament tat-tfal. Għal darb'oħra kien diffiċli li jinkisbu estimi fattibili. Madankollu, studji jissuġġerixxu li ċertu forom ta' vjolenza sesswali fuq it-tfal qed jiżdiedu madwar l-Ewropa. Barra minn hekk, minorità sinjifikanti (bejn 10% u 20%) ta’ tfal fl-Ewropa jistgħu jkunu mmolestati sesswalment matul it-tfulija tagħhom.

B'mod partikolari, il-proposta tara li tikkriminalizza l-użu tal-internet bħala nasba fuq it-tfal u żżid il-pressjoni tal-liġijiet kontra l-pornografija tat-tfal. Fl-2008 instabu aktar minn 1,000 abbuż kummerċjali u madwar 500 abbuż mhux kummerċjali tat-tfal f'websajt. Madwar 70% tal-każijiet seħħu fl-Istati Uniti.

F'isem il-Kummissjoni l-aġenzija tal-UE għad-drittijiet fundamentali English qed tiżviluppa modi kif tkejjel il-benefiċċji għat-tfal fl-Ewropa, skont fatturi relatati mal-ambjent familjali, il-ħarsien kontra l-isfruttament u l-vjolenza, l-edukazzjoni u r-responsabbiltà ċivika.

Aktar tagħrif dwar l-azzjoni tal-UE kontra t-traffikar tal-bnedmin English

Aktar tagħrif dwar id-drittijiet tat-tfal fl-UE English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli