Mogħdija tan-navigazzjoni

Naffaċjaw l-ażil flimkien - 18/02/2009

Refuġjati jserħu ma' ħajt © Reporters

L-għan tal-uffiċċju jkun li jippromwovi l-kooperazzjoni tal-UE fl-ażil, imexxi programmi ta' taħriġ u jaqsam l-informazzjoni.

Il-Kummissjoni ressqet proposta biex toħloq aġenzija English li taħdem mal-awtoritajiet nazzjonali biex tistandardizza l-prattiċi tagħhom u tiffaċilitalhom il-proċess ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-ażil.

Ir-rikjesti għall-ażil jiġu trattati b'mod differenti fis-27 pajjiż tal-UE. Nagħtu mod, ċifri juru li Ċeċen għandu ċans akbar biex jingħata kenn f'ċertu pajjiż iżda f'oħrajn ma jkollu l-ebda ċans. L-istess jgħodd għall-Iraqqini.

L-uffiċċju Ewropew għall-appoġġ fil-qasam tal-ażil irawwem kooperazzjoni bejn il-pajjiż tal-UE, jgħin fil-koordinazzjoni tal-istrateġija li tittieħed mar-refuġjati li ta' spiss ikunu differenti sew, imexxu programmi ta' taħriġ għall-uffiċjali nazzjonali tal-ażil u jiġbru informazzjoni biex tkun tista' tinxtered.

Taħt ir-responsabbiltà tiegħu jkollu wkoll id-dmir li jistabilixxi timijiet ta' esperti nazzjonali li jaħdmu f'emerġenzi bħal per eżempju waqt flussi kbar ta' persuni li qed ifittxu kenn. Dawn jgħinu biex il-piż jittaffa minn pajjiżi bħall-Italja, Malta, Spanja u l-Greċja.

L-aġenzija tar-refuġjati tan-NU wriet approvazzjoni għall-proposta. Din qalet li l-aġenzija għandha twassal għal sistemi aktar konsistenti, ġusti u effettivi madwar l-Ewropa.

L-UE qed tipprova tibni politika komuni dwar l-ażil DeutschEnglishfrançais. Madankollu s-27 pajjiż membru għad iridu jilħqu ftehim dwar min jikkwalifika għall-protezzjoni u kif għandhom jiġu trattati r-refuġjati.

Ir-rikjesta biex jiġi stabbilit uffiċċju ta' appoġġ waslet mill-ministri Ewropej tal-ġustizzja. Il-finanzjament jitħallas minn fondi eżistenti għar-refuġjati u l-uffiċċju jkollu statut ta' aġenzija regolatorja. Għalkemm il-lok għadu ma ġiex stabbilit, l-uffiċċju jsita' jibda bill-ħidma tiegħu mill-2010.

L-UE hija destinazzjoni ewelnija għal min ifittex l-ażil u matul l-ewwel sitt xhur tal-2008 waslu aktar minn 103,000 applikazzjonijiet ġodda. Il-biċċa l-kbira tagħhom huma mill-Iraq, ir-Russja, il-Pakistan, it-Turkija, is-Somalja, l-Iran u s-Serbja. Skont il-liġi internazzjonali għandhom id-dritt għall-protezzjoni anki jekk jaslu fl-UE b'mod illegali.

Aktar dwar is-sistema Ewropea tal-ażil DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli