Mogħdija tan-navigazzjoni

Strateġija ġeneralizzata umana għal min ifittex kenn politiku - 03/12/2008

Gwardjani tal-fruntiera Pollakki, Slovakki u Ukrajini jiċċekkjaw id-dokumenti © KE

Liġijiet emendati dwar il-kenn politiku sabiex tintemm id-detenzjoni u jitjiebu l-kundizzjonijiet.

Ta' kull sena għexieren ta' eluf ta' nies jaħarbu lejn l-UE sabiex jiskansaw il-persekuzzjoni f'pajjiżhom minħabba l-etniċità, ir-reliġjon, l-opinjoni politika jew l-affiljazzjoni tagħhom ma' xi grupp soċjali. Xi wħud diġà jkunu batew minn xi trattament ħażin serju.

Skont il-liġi internazzjonali dawn għandhom il-jedd li jingħataw protezzjoni, anke jekk jidħlu fl-UE illegalment. Fl-2003, l-UE adottat standards minimi għat-trattament ta' dawk li jfittxu kenn politiku DeutschEnglishfrançais, imma l-liġi tippermetti lill-pajjiżi membri laxkezza konsiderevoli. Dan iwassal biex min ifittex kenn politiku għadu qed jiġi trattat differenti ħafna bejn pajjiż u ieħor.

Il-Kummissjoni issa qed tipproponi li dawk l-istandards jiġu reveduti sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien ta' dawk li jfittxu kenn politiku u sabiex jiġi żgurat li dawn jiġu trattati bl-istess mod fil-pajjiżi kollha tal-UE. Dawk li jfittxu kenn politiku, bis-saħħa ta' dan, ikunu jistgħu jinżammu arrestati f'ċirkustanzi eċċezzjonali biss, bħal meta jkunu ta' theddida għall-ħarsien tal-liġi u l-ordni. Tfal li ma jkunux akkumpanjati ma jkunux jistgħu jiġu detenuti, u t-tfal akkumpanjati jkunu jistgħu jiġu detenuti biss jekk dan ikun fl-aħjar interess tagħhom.

Il-gvernijiet ikollhom ukoll jagħmlu aktar l-almu tagħhom sabiex jipprovdu djar, ikel u ħwejjeġ diċenti lil dawk li jfittxu kenn politiku, flimkien ma' aċċess għall-kura tas-saħħa u għall-impjiegi. Dawk bi bżonnijiet speċjali - bħall-vittmi tat-tortura - ikunu intitolati għal assistenza legali u medika.

Żewġ proposti oħra għandhom l-għan li jtaffu l-piż minn fuq dahar ċerti pajjiżi bħall-Greċja - li hija punt tad-dħul ewlieni għall-kenn politiku - u li jagħtu lll-awtoritajiet nazzjonali aċċess għal 'data' li tgħinhom jidentifikaw ir-refuġjati u tevita każi ta' rikjesti multipli għall-kenn politiku f'pajjiżi differenti, jew kif jissejjaħ ukoll 'asylum shopping'.

Dawk li jfittxu kenn politiku suppost iressqu l-applikazzjonijiet tagħhom fl-ewwel pajjiż tal-UE li jidħlu fih, imma bosta minnhom jivvjaġġaw illegalment fl-Ewropa sabiex isibu pajjiż fejn ikollhom ċans aħjar li jingħataw id-dritt tar-residenza.

Ir-Regolament ta' Dublin DeutschEnglishfrançais jippermetti lill-pajjiżi tal-UE li jibgħatu lura lir-refuġjati lejn il-pajjiż tad-dħul. Issa l-Kummissjoni qed tipproponi li jitwaqqaf mekkaniżmu li jissospendi t-trasferimenti lejn pajjiżi minħuqa b'influssi qawwija ta' refuġjati.

L-UE hija destinazzjoni ewlenija għal dawk li jfittxu kenn politiku. Fl-ewwel sitt xhur tal-2008, irċeviet 103,500 applikazzjoni ġdida, li bosta minnhom kienu mill-Iraq.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli