Mogħdija tan-navigazzjoni

Inħarsu l-attivisti tad-drittijiet - 07/10/2008

Id-dikjarazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem mibruma u miżmuma b'żigarella ħamra

L-UE tiċċelebra d-dikjarazzjoni tan-NU tad-drittijiet tal-bniedem b'unur għad-dissidenti.

Ġurnalista Tuniżina Souhayr Belhassen English mexxiet kampanja favur id-drittijiet tal-bniedem għal aktar minn tletin sena. Matul is-snin kienet attakkata ripetutament minn uffiċjali tal-puliziji pajżana. It-telefowns u l-posta tagħha ġew interċettati, ir-rivista ta' kull ġimgħa tagħha twaqqfet. F'mument minnhom kienet saħansitra mkeċċija minn pajjiżha.

Għalkemm tinstema' tal-biża, din l-istorja hi komuni. Id-dissidenti madwar id-dinja ħafna drabi jirriskjaw ħafna biex joħorġu fid-dieher l-abbużi tad-drittijiet. F'ħafna każijiet, iħallsu b'ħajjithom.

Biex tfakkar is-60 anniversarju tad-dikjarazzjoni universali tad-drittijiet tal-bniedem English, l-UE qed tonora d-difensuri tad-drittijiet madwar id-dinja. Belhassen, issa l-president tal-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetà tad-Drittijiet tal-Bniedem, hija fost 27 attivist prominenti tad-drittijiet mistiedna għal konferenza English fis-7-8 ta' Ottubru fil-Parlament Ewropew. Ħafna Ewropej semgħu bid-dikjarazzjoni universali, iżda forsi ma jafux li l-2008 hija s-sena tal-anniversarju ta' avveniment importanti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem: id-dikjarazzjoni tan-NU dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem English, adottata fl-1998. Dan id-dokument jirrikonoxxi l-importanza u l-leġittimità tal-ħidma tal-attivisti tad-drittijiet, kif ukoll il-bżonn tagħhom għal protezzjoni aħjar. L-UE mxiet fuq dan il-pass, billi fl-2004 ippubblikat sett ta' linjigwida English li jħeġġeġ lill-pajjiżi tal-UE biex jappoġġjaw iktar lill-attivisti f'riskju.

Id-dinja kienet għadha mheżża mill-orruri tat-Tieni Gwerra Dinjija meta d-dikjarazzjoni universali tad-drittijiet tal-bniedem ġiet iffirmata fl-10 ta' Diċembru 1948. Kien l-ewwel darba fl-istorja li n-nazzjonijiet ingħaqdu flimkien u qablu fuq il-prinċipji bażiċi tal-ġustizzja, l-ugwaljanza, u d-drittijiet għal kulħadd.

Imfaħħra mill-ewwel bħala suċċess kbir, id-dikjarazzjoni għaqqdet reġimi politiċi differenti ħafna u saħansitra kunfliġġenti, sistemi reliġjużi u tradizzjonijiet kulturali. Sittin sena wara, saret il-bażi tal-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, u sservi ta' mudell għal bosta trattati u dikjarazzjonijiet, inkluża l-konvenzjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem (1950) u l-karta tad-drittijiet fundamentali tal-UE (2000). U minkejja l-attakki bla waqfien fuq l-universalità tad-drittijiet tal-bniedem, il-pajjiżi kollha aċċettaw id-dikjarazzjoni, u xi wħud minnhom inkludewha fil-kostituzzjonijiet u l-liġijiet tagħhom.

Ara l-konferenza ta' Brussell f'xandira diretta (is-7 ta' Ottubru, 9.00 – 18.30)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli